It-Tin: il-Passat u l-Preżent – konferenza internazzjonali f’Għawdex
pr1743
25/09/2010
| It-Tin: il-Passat u l-Preżent, | kienet it-tema ta’ konferenza internazzjonali li ttellgħet dalgħodu fix-Xagħra, hekk kif fi tmiem din il-ġimgħa, din il-lokalità qed torganizza għall-ewwel darba Festival tat-Tin. |
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono u | l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino indirizzaw lil dawk preżenti waqt din il-konferenza, li saret bil-għan li titqajjem kuxjenza u jingħata tagħrif dwar il-kultivazzjoni tas-siġra tat-tin, li hija meqjusa bħala waħda mill-prodotti tipiċi tal-gżejjer Maltin. |
| Il-Ministru Giovanna Debono qalet li l-agrikoltura | kienet, għadha u tibqa’ waħda mill-pilastri ekonomiċi f’saħħithom fil-gżira Għawdxija. Saħqet li dan is- settur huwa parti integrali mill-viżjoni tal-gvern li jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika għax jaffetwa fost l-oħrajn il-konservazzjoni ta’ l-identità kulturali u dik tal-karattru rurali ta’ Għawdex, kif ukoll is-setturi ta’ l-agroturiżmu u l-eko-turiżmu. Il-Ministru għal Għawdex sostniet li b’sodisfazzjon il-gvern Malti jallokka ammont sostanzjali mill-fondi li jakkwista mill-Unjoni Ewropea, għas-settur agrikolu. Hija żiedet tgħid li l-bidwi huwa l-aġent tas-soċjetà, mhux biss għax jipprovdilha l-ikel, iżda wkoll għax jissalvagwardja l-ambjent u l-kampanja. Il-Ministru qalet ukoll li dan il-festival tat-tin għandu jservi biex il-poplu jitgħallem dwar kif jista’ jikkontribwixxi – kemm b’mod individwali kif ukoll b’mod kollettiv, għall-oġġettiv komuni biex Għawdex isir gżira ekoloġika. |
| Intant | il-Ministru George Pullicino saħaq illi attivitajiet bħal dawn ikomplu jikkontribwixxu sabiex ikun hawn aktar għarfien tal-komunità agrikola u l-importanza tagħha. Huwa qal illi ġew ivvutati aktar minn kwart ta’ miljun ewro għall-Kunsilli Lokali u entitajiet oħra biex isiru proġetti ta’ agroturiżmu u proġetti oħra intiżi biex ikomplu jtejbu ż-żoni rurali ta’ Malta. Dawn jiffurmaw parti mill-programm għall-iżvilupp rurali bejn is-snin 2007 – 2013 li fih pakkett ta’ 100 miljun ewro. Il-Ministru Pullicino faħħar din l-inizjattiva u qal li festi tal-prodott agrikolu lokali ikomplu jlaqqgħu l-bdiewa mal-konsumatur, b’hekk il-bidwi jkun jaf il-konsumatur x’qed jistenna. B’dan il-għan, il-Ministru Pullicino ħabbar li fil-ġranet li ġejjin ser ikun qed jittella’ Farmers Market sabiex il-bidwi jkollu l-opportunità li jbiegħ il-prodott tiegħu b’mod dirett lill-konsumatur. |
| Matul | din il-konferenza saru wkoll preżentazzjonijiet dwar il-proġett Ficusnet (network ta’ bliet u rħula Ewropej li jipproduċu t-tin) li l-Kunsill Lokali tax-Xagħra jagħmel parti minnu. Ingħatat ukoll informazzjoni dwar l-istorja u l-varjetajiet tat-tin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990