DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, WAQT L-INAWGURAZZJONI TAL-FABBRIKA L-ĠDIDA TA’ MAGRO BROTHERS, MAGRO GROUP, FIX-XEWKIJA, GĦAWDEX – IL-ĠIMGĦA 24 TA’ SETTEMBRU 2010
pr1739
24/09/2010
Sur Magro,
Familja Magro,
Mistiedna Distinti,
Sinjuri,
| Huwa dejjem ta’ | sodisfazzjon bħala Prim Ministru nisma’ intraprendituri Maltin, bħal familja Magro, jitkellmu b’tant viżjoni fuq in-negozju tagħhom kif ukoll fuq il-potenzjal ta’ pajjiżna, partikularment tal-gżira Għawdxija. |
| Iċ-ċerimonja ta’ | dalgħodu hi ċelebrazzjoni ta’ storja ta’ suċċessi matul dawn l-erbgħa u disgħin sena li ilha mwaqqfa l-Magro Brothers. Storja ta’ kumpanija li laqgħet l-isfidi u li dawrithom f’opportunitajiet. Kumpanija li hi bbażata fuq il-ħiliet tal-ħaddiema u s-sens intraprenditorjali tal-familja Magro li tant għandhom għal qalbhom l-innovazzjoni. F’dan kollu hija wkoll mera tal-istorja ta’ pajjiżna. Mera ta’ poplu ħawtiel, li jistinka u jaħdem biex jimxi ‘l quddiem. Ta’ pajjiż li ddependa fuq il-ħiliet u l-kapaċitajiet tal-poplu li dejjem kien innovattiv tul is-snin u għeleb l-isfidi quddiemu. |
| Dan il-pajjiż, miftuħ | għall-pressjonijiet globali, irnexxielu bl-għaqal u l-bżulija jilqa’ l-mewġ li ġabet magħha l-kriżi ekonomika. Illum qegħdin hawn inħarsu lejn il-futur b’fiduċja. Fiduċja riflessa fl-investiment li qed iseħħ f’pajjiżna mis-settur privat. |
| Ix-xhur li għaddew ma | kinux faċli għad-dinja fejn rajna l-akbar kriżi ekonomika u finanzjarja. Pajjiżna rnexxielu jofroq il-mewġ u jegħleb l-isfidi. Investejna b’għaqal fil-poplu tagħna u fil-pajjiż. Imxejna b’direzzjoni ċara u r-riżultati qed narawhom. Fit-tieni kwart ta’ din is-sena l-ekonomija Maltija kibret bi 3.9% - dan ifisser tkabbir aktar mill-medja tal-Unjoni Ewropea u taż-żona Ewro li hu ta’ 1.9%. F’Lulju l-produzzjoni industrijali żdiedet b’6%. Nibqgħu ffukati fuq ix-xogħol. Bid-direzzjoni li qed nagħtu lil pajjiżna, l-investiment ġdid u l-iskemi ta’ taħriġ il-qgħad f’pajjiżna llum hu r-raba’ l-anqas fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Minkejja dan il-livell baxx, nibqgħu nistinkaw biex noħolqu aktar xogħol u xogħol aħjar. |
| F’isem il-Gvern, nixtieq | nirringrazzja lis-settur privat u llum b’mod speċjali lill-Familja Magro li bħal Gvern jemmnu bis-sħiħ fil-potenzjal ta’ pajjiżna u f’dan il-każ aktar u aktar tal-Għawdxin. Intom protagonisti fit-twettiq tal-viżjoni li għandna għal pajjiżna. Għaraftu li biex tkomplu tirnexxu fl-ekonomija globalizzata tal-lum trid tħares ‘il quddiem u tinvesti aktar fi prodotti ġodda. |
| Dan l-investiment ta’ | fabbrika ġdida, huwa xhieda tal-importanza tal-manifattura għall-ekonomija Maltija. Il-Gvern jemmen li l-manifattura ta’ valur miżjud għoli toffri potenzjal għal Malta biex tabilħaqq tkun ċentru ta’ eċċellenza. Numru ta’ kumpaniji fil-manifattura stabbiliti u f’numru ta’ setturi oħra bħal farmaċewtika u oħrajn komplew jespandu u jinvestu u dan ikompli jikkonferma l-potenzjal ta’ dan is-settur bħala pilastru importanti għall-ekonomija Maltija. |
| Ċentrali għal din | il-viżjoni nazzjonali hija r-riċerka u l-innovazzjoni. Hawn ukoll, il-kumpanija Magro Brothers tista’ titqies bħala protagonista f’dan il-qasam. Tul is-snin ir-riċerka fil-kumpanija kienet xprun ta’ innovazzjoni għall-prodotti ġodda. Prodotti li mhux biss huma mmirati għas-suq lokali imma wkoll għas-swieq internazzjonali. Innovazzjoni li qed twassal biex Malta tkompli tirreġistra tkabbir fl-esportazzjoni. Fl-ewwel seba’ xhur din żdiedet b’aktar minn tletin fil-mija fuq is-sena ta’ qabel. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma għalhekk essenzjali għall-kompetittività ta’ pajjiżna. Dan jgħodd iktar għall-ekonomija ta’ Għawdex. |
| Il-Gvern jagħti | importanza kbira lir-riċerka u l-innovazzjoni. Għamilna għażla strateġika li nżidu l-iskemi ta’ riċerka kemm għall-istudenti kif ukoll għall-industrija. Il-ġimgħa d-dieħla aktar żgħażagħ se jingħataw scholarships mill-Gvern biex ikomplu jispeċjalizzaw u javvanzaw fl-istudji u r-riċerka tagħhom. Din is-sena se nkunu tajna rekord ta’ 450 borża ta’ studju. Mingħajr dubju, l-investituri u l-industrijalisti se jkomplu jsibu aktar ħaddiema mħarrġa biex joħolqu prodotti ġodda u jtejbu l-prodotti li diġà għandhom fis-suq. |
| Dan il-proġett tal-lum | huwa ħolqa oħra fil-viżjoni li għandna għall-gżira Għawdxija dik ta’ Eco-Gozo. Is-settur agrikolu huwa parti mit-tessut ta’ din l-ekonomija. Jiena konvint li anke dan l-investiment fil-produzzjoni artiġjanali tal-ġobon se jkun katalist fl-industrija primarja ta’ Għawdex. L-erbatax-il iskema li ħabbar il-Gvern taħt il-Programm għall-Iżvilupp Rurali b’valur ta’ €60 miljun se jkomplu jgħinu aktar bdiewa u raħħala biex jinvestu aktar. Il-Gvern jemmen fil-potenzjal ta’ din l-industrija. Għaddejjin taħdidiet bejn l-Università ta’ Malta u l-Gvern biex jitwaqqaf Ċentru Agrikolu għar-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni f’Għawdex bħala parti mill-pjan ta’ azzjoni marbut ma’ eko-għawdex u biex is-settur agrikolu Għawdxi jsir aktar ta’ valur miżjud. |
Sinjuri,
| Illum mhux biss qegħdin | nassistu għall-ftuħ ta’ fabbrika ġdida imma wkoll għal storja ta’ suċċess li minnha għandu jitgħallem il-pajjiż u l-industrija kollha speċjalment ta’ kif ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom ikunu pedament importanti fis-settur tal-manifattura u fil-kompetittività ta’ pajjiżna. |
| Nixtieq nawgura | ‘l-kumpanija Magro Brothers aktar suċċessi fil-futur u huwa unur għalina li jkollna investituri lokali li jagħtu kontribut tant importanti lill-ekonomija Maltija u jgħinu fit-twettiq tal-viżjoni għal pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992