Left arrow Mur Lura

FTUĦ TAS-SENA AKKADEMIKA FL-ISTITUT GĦALL-ISTUDJI TURISTIĊI: L-ITS B’KONTRIBUT KBIR LILL-INDUSTRIJA TURISTIKA

pr1736
Date Icon 24/09/2010
Il-Ministrutal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina filwaqt li inawgurat sena akkademika ġdida fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi, sostniet li dan l-Istitut qed jagħti kontribut kbir lill-industrija turistika f’pajjiżna li hi kontributur ewlieni għall-ekonomija tal-pajjiż.
F’indirizzlill-istudenti l-Ministru Cristina fakkret li nhar it-Tnejn li ġej, 220 student ġdid se jkunu qed jibdew xi korsijiet f’dan l-Istitut għall-Istudji Turistiċi li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed isir popolari maż-żgħażagħ li jridu jaqbdu karriera fl-industrja tal-ospitalita’.
Din hi waħda mill-industrjiewlenin ta’ pajjiżna u għalhekk hemm bżonn li jkollna nies imħarrġa tajjeb fil-ħiliet meħtieġa f’dan il-qasam li jekk ma nibżgħux għalih u ma jkollniex min jista’ jaqdih sew, malajr nistgħu nitilfuh.
Bazikament qednitkellmu fuq it-taħriġ ta’ persuni li se jiġu f’kuntatt mat-turisti li jiġu jżuruna u li l-impatt magħhom irid ikun wieħed pożittiv. Għalhekk mill-ħiliet tal-istudenti li jgħaddu minn din l-istituzzjoni edukattiva, jiddependi ħafna is-suċċess tal-industrja turistika tagħna.
Dan l-Istitut li dinis-sena introduċa xi korsijiet ġodda joffri korsijiet għal kull kategorija ta’ xogħol fl-industrja turistika, minn dawk li jippreparaw it-tisjir għal dawk kapaċi jmexxu lukanda.
Il-Ministru Cristinasostniet li l-lum l-ITS kiseb fama internazzjonali għall-kwalita’ u l-livell ta’ tagħlim li jipprovdi tant li qed jattira lejh anke studenti barranin. Din is-sena se jissieħbu ma dawk li diġa bdew korsijiet, 20 student barrani ieħor.
Fil-fatt l-istudentita’ dan l-Istitut jistgħu jserrħu moħħom u jsibu mpjieg mill-ewwel malli jtemmu l-istudji tagħhom għax il-lukandiera u stabbilimenti oħra ta’ ospitalita’ jafu li minn hawn joħorġu nies preparati tajjeb.
Barra mill-220student ġdid li se jibdew esperjenza din is-sena, hemm 121 student ieħor li issa se jibdew it-tieni sena ta’ studji tagħhom filwaqt li hemm 97 student ieħor tat-tielet sena li bħalissa qed jagħmlu esperjenza ta’ xogħol f’xi lukanda barra minn Malta. Ma dawn irridu nżidu 59 student ieħor li issa se jibdew ir-raba’ u l-aħħar sena tal-istudji tagħhom.
Il-Ministru nnutatukoll li minn ftit taż-żmien ‘l hawn l-ITS qed jaħdem ukoll ma’ studenti mill-iskejjel sekondarji tagħna billi joffrilhom esperjenza ta’ xogħol u jesponihom għall-ħidma f’dan is-settur. S’issa dan qed isir ma’ studenti mill-Kulleġġi Santa Tereża, Santa Kjara, San Injazju u San Nikola. Hi uriet ix-xewqa li issa li fis-sekondarji se tkun introdotta il-vocational education, din l-esperjenza tkun estiża għal studenti mill-Kulleġġi kollha.
Hi qalet li l-Bordil-ġdid tal-ITS immexxi mic-Chairperson il-ġdid Claire Zammit Xuereb, qed jesplora l-possibbilta’ li jiftaħ korsijiet ġodda relatati mal-qasam tal-ospitalita’. Din hi d-direzzjoni li jenħtiġilna nieħdu jekk irridu li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi jkompli jaqdi l-industrja tagħna u jkompli jagħti l-kontribut tiegħu wkoll biex pajjiżna jsir centru ta’ eċċellenza fil-qasam tal-edukazzjoni.
Fl-aħħarnettil-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja awgurat li din is-sena akkademika tkun sena oħra ta’ suċċess kemm għall-istudenti kif ukoll għal-lecturers u l-amministraturi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow