IT-TAQSIMA PROPRJETA TAL-GVERN MALTIJA F’DUBAI GĦAL DISKUSSJONIJIET MAD-DIPARTIMENT TAL-ARTIJIET TA’ DUBAI
pr1735
24/09/2010
| Il-koperazzjoni bejn it-Taqsima | Proprjeta’ tal-Gvern Malti u d-Dipartiment tal-Artijiet ta’ Dubai li ngħatat bidu f’Jannar ta’ din is-sena permezz ta’ żjara f’Dubai tas-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi, issuktat fl-aħħar jiem bi żjara li uffiċjali mid-Dipartiment tal-Artijiet Malti wettqu f’Dubai. L-għan ta’ din iż-żjara kien li jissaħħu ir-relazzjonijiet eċċellenti li jeżistu bejn iż-żewġ entitajiet filwaqt li jkompli jitwettaq il-ftehim strateġiku ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ naħat. |
| L-uffiċjali mid-Dipartiment | tal-Artijiet Malti kienu qed jirreċiprokaw żjara li għamel f’Malta, f’Marzu li għadda, l-Eċċellenza Tiegħu Sultan Bin Mijren Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Artijiet ta’ Dubai. L-uffiċjali mid-Dipartiment tal-Artijiet Malti kellhom sensiela ta’ laqgħat ta’ livell għoli fuq suġġetti tekniċi li jirrigwardaw it-tmexxija tal-proprjeta’. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Jason Azzopardi saħaq li permezz ta’ din iż-żjara, kompla jintlaħaq l-għan prinċipali tal-ftehim ta’ koperazzjoni. Huwa kompla li fix-xhur li għaddew gew identifikati benefiċċji potenzjali u interessi reċiproki. Is-Segretarju Parlamentari sostna “Aħna ninsabu kunfidenti li din l-inizjattiva ser tkompli jkollha impatt pożittiv fuq l-għarfien aħjar tar-reġistrazzjoni u r-regolamentazzjoni tal-proprjeta’ fiż-żewġ pajjiżi.” |
| Il-Konslu Ġenerali għal | Malta is-Sur Anthony P Tabone, ikkoordina ż-żjara f’Dubai, u laqa’ d-delegazzjoni. Huwa kkonferma li “B’rabtiet bħal dawn nistgħu biss nixhdu iżjed tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-Emirati Arab Magħquda u Malta.” |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990