Left arrow Go Back

IT-TAQSIMA PROPRJETA TAL-GVERN MALTIJA F’DUBAI GĦAL DISKUSSJONIJIET MAD-DIPARTIMENT TAL-ARTIJIET TA’ DUBAI

pr1735
Date Icon 24/09/2010
Il-koperazzjoni bejn it-TaqsimaProprjeta’ tal-Gvern Malti u d-Dipartiment tal-Artijiet ta’ Dubai li ngħatat bidu f’Jannar ta’ din is-sena permezz ta’ żjara f’Dubai tas-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi, issuktat fl-aħħar jiem bi żjara li uffiċjali mid-Dipartiment tal-Artijiet Malti wettqu f’Dubai.  L-għan ta’ din iż-żjara kien li jissaħħu ir-relazzjonijiet eċċellenti li jeżistu bejn iż-żewġ entitajiet filwaqt li jkompli jitwettaq il-ftehim strateġiku ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ naħat.
L-uffiċjali mid-Dipartimenttal-Artijiet Malti kienu qed jirreċiprokaw żjara li għamel f’Malta, f’Marzu li għadda, l-Eċċellenza Tiegħu Sultan Bin Mijren Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Artijiet ta’ Dubai.  L-uffiċjali mid-Dipartiment tal-Artijiet Malti kellhom sensiela ta’ laqgħat ta’ livell għoli fuq suġġetti tekniċi li jirrigwardaw it-tmexxija tal-proprjeta’.
Is-SegretarjuParlamentari Jason Azzopardi saħaq li permezz ta’ din iż-żjara, kompla jintlaħaq l-għan prinċipali tal-ftehim ta’ koperazzjoni.  Huwa kompla li fix-xhur li għaddew gew identifikati benefiċċji potenzjali u interessi reċiproki.  Is-Segretarju Parlamentari sostna “Aħna ninsabu kunfidenti li din l-inizjattiva ser tkompli jkollha impatt pożittiv fuq l-għarfien aħjar tar-reġistrazzjoni u r-regolamentazzjoni tal-proprjeta’ fiż-żewġ pajjiżi.”
Il-Konslu Ġenerali għalMalta is-Sur Anthony P Tabone, ikkoordina ż-żjara f’Dubai, u laqa’ d-delegazzjoni.  Huwa kkonferma li “B’rabtiet bħal dawn nistgħu biss nixhdu iżjed tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-Emirati Arab Magħquda u Malta.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow