Imfakkar l-Anniversarju tal-Indipendenza ta’ Malta fil-Federazzjoni Russa
pr1733
24/09/2010
| Fit-23 ta’ Settembru 2010, l-Ambaxxatur ta’ Malta | ghall-Federazzjoni Russa, s-Sur Carmel Inguanez organizza riceviment fl-okkazzjoni tal-Jum Nazzjonali Malti tal-Indipendenza b’kollaborazzjoni mar-Rapprezentanti tal-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu u l-Air Malta fil-Lukanda Renaissance Moscow. Ir-riceviment tal-Jum Nazzjonali habat ma’ Fiera li qed issir bhalissa f’Moska msejjha Leisure Fair. Ghar-riceviment attendew agenti tal-ivvjaggar u tour operators li jispecjalizzaw fis-suq Malti kif ukoll il-komunita’ Maltija f’Moska. |
| F’diskors qasir tal-okazzjoni, l-Ambaaxxatur Malti | fakkar kif malli saret indipendenti, Malta zviluppat l-industrija tat-turizmu li llum hi pilastru tal-ekonomija Maltija. Minkejja d-diversifikazzjoni fl-ekonomija Maltija tal-lum, is-settur turisitiku baqa’ kontributur importanti tal-holqien tal-gid u tax-xoghol f’pajjizna. Hu ghalhekk mhux sorprendenti li gvernijiet successivi kontinwalment taw appogg shih lil din l-attivita’ ekonomika. |
| F’dan | il-kuntest l-Ambaxxatur estenda l-assistenza tal-Ambaxxata lil kull min b’xi mod gholla l-profil ta’ Malta, kemm jekk huma agenti tal-ivvjaggar li jippromovu professjonalment lil Malta kif ukoll jekk huma hutna Maltin li permezz tar-residenza taghhom fir-Russja jghinu biex jitkattar l-isem tajjeb ta’ Malta f’dan il-pajjiz daqstant kbir. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990