Left arrow Mur Lura

Iżjed opportunitajiet għal negozji micro Maltin

pr1730
Date Icon 23/09/2010
“Il-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-IżviluppReġġjonali ERDF jissarfu f’opportunità u għodda utli f’idejn l-imprendituri eċċezzjonali li għandna f’pajjiżna.  F’Malta għandna intrapriża li tikkompeti b’saħħa mal-ekwivalenti tagħha fuq skala internazzjonali, u għalhekk il-Gvern huwa kommess li jkompli jipprovdilha l-ispazji u l-għodda biex jgħajna titkattar.”  Dan qalu is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi illum waqt li kien qed iżur l-intrapriża micro ActionFrame ġewwa l-qasam industrijali ta’ Kordin.
ActionFrame, li ilha stabbilita 10 snin u tħaddemmagħha 5 impjegati, tispeċjalizza fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ frames għal roti u muturi għal tlielaq kompetittivi professjonali.  Din il-kumpanija tispeċjalizza fl-użu ta’ materjali speċjalizzati bħal carbon fibre u materjali innovattivi oħra.  Dan biex jonqos il-piż tar-rota jew mutur kemm jista’ jkun filwaqt li tinżamm is-saħħa neċessarja għal dawn l-istrutturi.
Permezztal-fondi ERDF, ActionFrame qed taħdem fuq proġett pilota li ser jippermettilha tidħol fix-xena tal-muturi tat-tlielaq professjonali – il-Moto GP.  Dan il-proġett ta’ riċerka u innovazzjoni li jiswa €260,000, huwa ko-finazjat mill-fondi ERDF sa 45% tat-total.  F’dan il-proġett, ActionFrame qed tmexxi proġett ta’ riċerka u żvilupp għal mudell ta’ mutur li jkun magħmul minn materjali li ser jintużaw għal dan l-għan għall-ewwel darba.  Wara li għadhom kemm tlestew l-eżamijiet speċjalizzati ġewwa Bolognia fl-Italja fuq il-prototipu tal-mudell, issa jmiss li dan jiġi żviluppat fil-materjali proprja.  B’hekk ikun imiss li l-mudell jiġi ippruvat fuq il-korsa tat-tlielaq.  Skont ir-riżultati li joħorġu minn dawn l-aħħar testijiet, jiġi żviluppat il-prodott finali, li jinħareġ fuq is-suq.
Is-Segretarju Parlamentari feraħ lill-ħaddiema ta’ActionFrame li qed jużaw il-kreattività u d-dedikazzjoni tagħhom biex jippenetraw swieq ġodda.  Permezz ta’ opportunitajiet bħall-fondi ERDF, il-Gvern qed joħloq opportunitajiet ġodda biex isir investiment innovattiv, li jġib ix-xogħol.  Il-Gvern għalhekk jibqa’ jżomm fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu il-ħolqien ta’ l-aqwa ambjent li fih jitkattar ix-xogħol.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow