Stqarrija mill-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali: B’reazzjoni ghall-istqarrija tal-Onor Joe Sammut.
pr1729
23/09/2010
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Afffarijiet Rurali | jinnota li l-Onor Sammut, bl-istqarrija tiegħu żbalja u wera li ma jafx u mhux konxju li r-reġistrazzjoni tal-qatla tal-majjal taqa’ taħt ir-responsabbilita’ tal-Koperattiva ta’ min Irabbi l-Majjal (KIM). |
| Il-KIM ilha għal snin twal tieħu ħsieb din | ir-reġistrazzjoni u għalhekk minflok li l-Onor Sammut jinfexx f’allegazzjonijiet infondati, lejliet il-laqgħa ġenerali annwali tal-KIM, kien ikun aktar għaqli li jinforma ruħu dwar kif il-KIM tmexxi din il-proċedura tal-qatla. |
| Il-Gvern jemmen li l-KIM hi kompetenti biżżejjed | sabiex tmexxi r-reġistrazzjoni tal-qatla għall-benefiċċju tal-membri tagħha. Dan kollu għandu jsir mingħajr diskriminazzjoni jew favuri. |
| Il-membri tal-KIM kollha jafu li r-reġistrazzjoni ma | taqgħax taħt ir-responsabbilta’ tal-Gvern imma huwa xogħol il-koperattiva u għalhekk kull membru li jħoss li qed jiġi diskriminat għandu jressaq l-ilment tiegħu lill-kumitat tal-koperattiva. |
| Il-Gvern, ir-raħħala u l-poplu tajjeb li jkunu jafu | pero x’qed jipproponi l-Onor Sammut. Huwa faċli li wieħed jikteb stqarrija kollha allegazzjonijiet mingħajr ma wieħed jgħid x’jaħseb li għandu jsir. L-Onor Sammut hu fid-dmir jgħid jekk hux qed jipproponi li l-bejgħ tal-majjal ikun liberalizzat b’tali mod li kull raħħal ikollu ċ-ċans li jagħżel hu għand min jipproċċessa l-majjal tiegħu? |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990