Delegazzjoni mill-Kungress Nazzjonali tal-Poplu Ciniz ser izzur Malta fuq stedina tal-iSpeaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti Michael Frendo
pr1727
23/09/2010
| Fil-jiem | li ġejjin, is-Sur Li Jianguo, Viċi President u Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Permanenti tal-Kungress Nazzjonali tal-Poplu taċ-Ċina, ser ikun qed imexxi delegazzjoni ta’ Parlamentari Ċiniżi, flimkien ma’ uffiċċjali mill-Kungress Nazzjonali tal-Poplu taċ-Ċina u tal-Gvern Ċiniż, għal żjara uffiċċjali f’Malta, fuq stedina li kienet saret lill-Kungress Nazzjonali tal-Poplu mill-iSpeaker Michael Frendo ftit xhur ilu. |
| Għada | l-Ġimgħa, id-delegazzjoni Ċiniża – li waslet Malta llum wara nofsinhar – |
| ser | tiltaqa’ mal-Onor. Michael Frendo, assistit minn bosta parlamentari Maltin miż-żewġ naħat tal-Kamra, fil-Palazz il-Belt. Il-viżitaturi ser jagħmlu wkoll żjarat ta’ kortesija lill-E.T. il-President ta’ Malta u lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Bħala parti mill-programm taż-żjara, ser tiġi inawgurata wirja fiċ-Ċentru Kulturali Ċiniż dwar il-belt ta’ Shanghai, fejn inżammet l-Esibizzjoni Internazzjonali magħrufa bl-isem ta’ EXPO ta’ din is-sena. |
| “Il-poplu Ċiniż tabilħaqq jgħożż | il-ħbiberija dejjiema ta’ bejnietna,” qal l-Onor. Frendo. “Dan jixhdu l-fatt li l-President tal-Kungress Nazzjonali tal-Poplu, li huwa l-ekwivalenti tal-Parlament Ċiniż, mill-ewwel laqa’ bil-ferħa l-istedina li kont għamiltlu sabiex jibgħat delegazzjoni tal-Kungress f’Malta. Huwa ta’ unur għalina l-Maltin li din id-delegazzjoni, daqstant numeruża u fuq livell tassew għoli, se tasal Malta dan ix-xahar, u m’għandix dubju li din iż-żjara se tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet mill-qrib li ngawdu minnhom kemm Malta kif ukoll iċ-Ċina,” temm jgħid l-iSpeaker Michael Frendo f’kumment li bagħat lill-istampa. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990