Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru jaccetta r-rizenja tas-Segretarju Parlamentari Chris Said

pr1724
Date Icon 23/09/2010
Illumil-Prim Ministru Lawrence Gonzi aċċetta l-ittra tar-riżenja tas-Segretarju Parlamentari Chris Said, wara li hu offra r-riżenja tiegħu minn din il-kariga.
Dr ChrisSaid offra r-riżenja tiegħu wara deċiżjoni tal-Qorti dal-għodu dwar kwerela li saret kontra tiegħu fuq kas ta’ aċċess ta’ tarbija, li Dr Said kien qiegħed jidher fih bħala avukat tal-omm f’Jannar 2007.
Il-Prim Ministru fl-ittratiegħu lil Chris Said, filwaqt li aċċetta r-riżenja biex hu jkun jista’ jiddedika l-attenzjoni tiegħu kollha fuq id-difiża tiegħu fil-kas, qal li jittama li l-konklużjoni bla dewmien tal-proċess legali jkun jippermettilu li jerġa jaħtru fl-istess kariga li okkupa b’tant enerġija u dedikazzjoni.
Flimkien ma’ din l-istqarrijaqed jiġu pubblikati l-ittra ta’ Dr Chris Said lill-Prim Ministru u l-ittra tat-tweġiba tal-Prim Ministru.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow