Lufthansa Technik Malta rebħet kuntratt għal xogħol ta’ modifiki fuq ajruplani tal-Boeing u żżid 60 post tax-xogħol ieħor
pr1721
23/09/2010
| Is-settur tal-manutenzjoni u t-tiswija | tal-ajruplani, li fl-aħħar numru ta’ snin kellu żvilupp sostanzjali f’pajjiżna, kiteb storja ġdida hekk kif il-kumpanija Lufthansa Technik Malta rebħet kuntratt għal xogħol ta’ modifiki fuq ajruplani Boeing B737. Dan ix-xogħol ġdid wassal biex il-kumpanija timpjega 60 persuna oħra. Dan tħabbar dalgħodu waqt żjara tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech, fil-hangar tal-kumpanija f’Ħal-Luqa. |
| Il-Ministru Tonio Fenech sostna li din hija aħbar | importanti għaliex turi li fis-settur tal-avjazzjoni l-ħaddiema Maltin mhumiex tajbin biss għall-manutenzjoni tal-ajruplani iżda anke għal xogħol ta’ valur miżjud ogħla fil-modifikazzjoni tal-ajruplani. Il-fatt li l-Lufthansa għażlet lil pajjiżna biex twettaq dan ix-xogħol huwa sinjal ta’ fiduċja fil-kwalità tal-ħaddiema disponibbli u anke konferma tal-kompetittività ta’ pajjiżna. Dan għaliex il-Lufthansa ħarset lejn diversi alternattivi madwar id-dinja qabel għażlet pajjiżna, fosthom anke ċ-Ċina. L-espansjoni tal-kumpanija Lufthansa Technik kienet possibbli wkoll permezz tal-għajnuna tal-Gvern, permezz tal-Malta Enterprise. |
| Il-kuntratt huwa sal-2014 u jagħti garanzija ta’ | xogħol fit-tul. Filfatt, il-kumpanija, li qed taħdem fuq dan il-proġett fil-hangar l-antik, ħaddmet 60 persuna addizzjonali. B’hekk, in-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-manutenzjoni u t-tiswija tal-ajruplani f’pajjiżna issa qabeż it-800. |
| Il-kumpanija Lufthansa għandha 60 ajruplan tat-tip | B737 u hija l-ewwel operatur Ewropew kbir li qed jasal qrib il-limitu ta’ 50,000 flight cycle. Dan iwassal għal ħtieġa ta’ manutenzjoni u modifika estensiva fuq dawn l-ajruplani u l-kumpanija Lufthansa għażlet proprju pajjiżna biex twettaq dawn ix-xogħlijiet. Kull ajruplan jeħtieġ aktar minn 10,000 sigħat xogħol li jfisser perjodu ta’ madwar 30 ġurnata, b’ħidma ta’ 24 siegħa kuljum. L-ewwel ajruplan tlesta fil-ħin stipulat mill-kontroll. |
| Waqt | l-okkażjoni kien preżenti wkoll l-Ambaxxatur Ġermaniż għal Malta Bernd Braun. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990