JUM l-Indipendenza ta’ Malta ĊELEBRAT FL-ITALJA
pr1720
23/09/2010
| Fl-okkażżjoni tas-46 Anniversarju mill-Indipendenza | ta’ Malta, l-Ambaxxata ta’ Malta fl-Italja, nhar it-Tlieta 21 ta’ Settembru, tat riċeviment fil-ġonna tal-Quirinale Hotel f’Ruma. Il-mistiednin, li ġew milqugħa mill-Ambaxxatur Walter Balzan, kienu jinkludu politiċi Taljani, rappreżentanti għolja tad-diversi ministeri Taljani, Ambaxxaturi u membri oħra tal-korp diplomatiku, kif ukoll numru ta’ aġenti tal-ivvjaġġar. Biex tingħata xejra effettiva Maltija, ġew murija diversi siti mill-isbaħ, inklużi siti storiċi f’Malta u Għawdex, fuq screens li tpoġġew madwar il-ġonna. Il-mistednin ingħataw ukoll l-opportunità li jduqu selezzjoni ta’ nbejjed Maltin provduti minn Delicata Wines. |
| Ir-riċeviment kien organizzat bil-koperazzjoni u | l-appoġġ tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, l-Air Malta u l-management tal-Quirinale Hotel. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990