Left arrow Go Back

JUM l-Indipendenza ta’ Malta ĊELEBRAT FL-ITALJA

pr1720
Date Icon 23/09/2010
Fl-okkażżjoni tas-46 Anniversarju mill-Indipendenzata’ Malta, l-Ambaxxata ta’ Malta fl-Italja, nhar it-Tlieta 21 ta’ Settembru, tat riċeviment fil-ġonna tal-Quirinale Hotel f’Ruma. Il-mistiednin, li ġew milqugħa mill-Ambaxxatur Walter Balzan, kienu jinkludu politiċi Taljani, rappreżentanti għolja tad-diversi ministeri Taljani, Ambaxxaturi u membri oħra tal-korp diplomatiku, kif ukoll numru ta’ aġenti tal-ivvjaġġar. Biex tingħata xejra effettiva Maltija, ġew murija diversi siti mill-isbaħ,  inklużi siti storiċi f’Malta u Għawdex, fuq screens li tpoġġew madwar il-ġonna.  Il-mistednin ingħataw ukoll l-opportunità li jduqu selezzjoni ta’ nbejjed Maltin provduti minn Delicata Wines.
Ir-riċeviment kien organizzat bil-koperazzjoni ul-appoġġ tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, l-Air Malta u l-management tal-Quirinale Hotel.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow