Tkompli tissaħħaħ il-protezzjoni tal-proprjeta’ intelletwali f’Malta
| Is-Segretarju Parlamentari għal | Negozji Żgħar u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi ippresjeda l-iffirmar ta’ Memorandum of Understanding (MOU) bejn il-Gvern Malti u l-Organazzjoni Dinjija tal-Proprjeta’ Intelletwali (WIPO). Dan l-MOU ser iwassal għal sensiela ta’ inizjattivi konġunti biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-proprjeta’ intelletwali f'Malta. |
| Dan il-ftehim b’mod | konkret ser jirriżulta f’inizjattivi bħal: |
1. L-iżvilupp ta’ Sistema tal-Informatika Nazzjonali ġdida dwar it-trademarks li toffri possibbilitajiet online, u servizzi elettroniċi. Din tieħu post dik eżistenti.
2. L-organizzazzjoni tal-WIPO Awards li qed isiru b’kollaborazzjoni mal-Gvern Malti
3. L-iżvilupp ta’ kampanji nformattivi kontinwi dwar il-proprjeta’ intelletwali f’Malta.
4. Taħriġ ta’ diversi uffiċjali mid-dipartiment tal-Kummerċ fuq aspetti varji tad-drittijiet tal-proprjeta’ intelletwali. u
5. Programm strateġiku mmirat li jiġġieled il-piraterija. Dan jinkludi bdil fil-liġi, taħriġ tal-uffiċjali tad-dwana u pulizija kif ukoll seminars għall-ġudikatura.
| Jason Azzopardi kien qiegħed jattendi | s-Sezzjoni Ministerjali tal-laqgħat tal- Assemblea tal-Istati membri tal-WIPO f’Ġinevra. Waqt iż-żjara tiegħu kellu ukoll laqgħat mad-Direttur Ġenerali tal-WIPO Dr Francis Gurry u mad-Direttur tad-Diviżjoni għall-pajjiżi fl-Ewropa u fl-Asja Michal Svantner fejn ġew diskussi aspetti diversi tas-settur tal-proprjeta’ intelletwali fuq skala nazzjonali u internazzjonali. |
| Jakkumpanjaw | lis-Segretarju Parlamentari waqt dawn il-laqgħat kien hemm ir-Rappreżentant Permanenti għan-Nazzjonijiet Uniti, is-Sur Victor Camilleri u d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Kummerċ, Godwin Warr. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990