Left arrow Mur Lura

Diskors mill-Onor Jason Azzopardi, Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet fl-okkażjoni tal-Inawgurazzjoni tal-uffiċji ġodda ta’ Koperattivi Malta u l-Fond Ċentrali – Qormi, Malta – 22 ta’ Settembru  2010

pr1717
Date Icon 23/09/2010
Fiċ-ċentru tal-ħidmapolitika tal-Gvern hemm il-ħolqien u t-tkattir tax-xogħol.  Dan għax ix-xogħol huwa il-qofol ta’ kollox, u għax permezz tiegħu l-familji Maltin u Għawdxin igawdu l-aħjar stil ta’ ħajja.  Frott ta’ dan il-ħsieb, il-Gvern jimpenja ruħu biex b’konsistenza u b’mod konkret joħloq u jsostni inċentivi u miżuri li jinkoraġġixxu l-investiment, u b’hekk il-ħolqien tax-xogħol.
Bħala SegretarjuParlamentari responsabbli min-Negozji Żgħar, il-ħidma tiegħi b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Ministru tal-Finanzi hija li nisimgħu, u nkunu fil-qrib tal-operaturi tal-ekonomija SME ta’ pajjiżna, biex b’hekk inkomplu infasslu politika li tpoġġihom tassew fiċ-ċentru tal-attenzjoni.  F’dan ix-xenarju ideali ta’ tkattir ta’ investiment u ta’ xogħol, li ta’ kuljum nirsitu biex noħolqu, huwa protagonist ukoll il-moviment koperattiv li f’Malta huwa haj u attiv.
Dan il-moviment,anke jekk spiss mistur mill-għajn pubblika, għandu pożizzjoni importanti fl-Ekonomija tagħna.  F’pajjiżna il-popolazzjoni ta’ membri ta’ kooperattivi tgħodd għal iktar minn 5,100.  Dan ifisser li numru kbir ta’ familji Maltin jieħdu l-għajxien tagħhom minn dan is-settur.  F’Malta għandna 57 kooperattiva reġistrati, b’uħud minnhom imorru lura sas-sena 1946, meta saret l-ewwel liġi li tirregola l-kooperattivi.  Biżżejjed ngħidu li fl-2008, dan is-settur kellu turnover ta’ madwar €77miljun.  Daqsekk huwa importanti dan il-qasam f’pajjiżna.
Apparti minn hekkil-moviment koperattiv huwa rikonoxxut mill-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna. Għalhekk il-Gvern għandu d-dmir li jagħti l-attenzjoni meħtiega lil dan is-settur, li jiġbor fih il-prinċipji ekonomiċi u soċjali f’bilanċ ideali.  Dan għax il-moviment koperattiv isegwi prinċipji mhux ibbażata fuq l-ideal kapitalista, iżda isegwi valuri li jpoġġu l-individwi qabel il-profitt.  Għalhekk il-ħaddiem f’koperattiva huwa ċ-ċentru ta’ l-attivita ta’ dik l-azjenda.  Mhux ta’ b’xejn bosta mill-ħaddiema fil-koperattivi igawdu minn sodisfazzjon personali u dinjita’ vizibbli fuq il-post tax-xogħol.
Aħna dan nemmnuh,u intenni hawn li rridu nsostnuh bl-aqwa mod possibbli.  Kien għalhekk li f’Ġunju li għadda nidejna proċess ta’ konsultazzjoni pubblika biex kull min għandu għal qalbu dan is-settur ikun jista’ jagħti l-kontribut tiegħu.  Il-Gvern irid jisma’, u jrid jara.  Irridu nkunu fl-aqwa pożizzjoni li nindirizzaw l-isfidi ta’ dan is-settur.  Huwa għalhekk li ppubblikajna dokument li qed joffri punt ta’ tluq għad-diskussjoni wiegħsa.  Il-Gvern għalhekk qed jikkommetti ruħu li jisma’, jifhem, u jieħu azzjoni biex eventwalment, jekk ikun hemm il-ħtieġa, isiru anke bidliet fil-liġi tal-koperattivi biex din tibqa’ tirrifletti ir-realta tal-lum.
Jeżistiġejjieni interessanti u prospetti sbiħ għall-koperattivi tagħna.  L-iżviluppi li seħħu f’dan is-settur, bi tkabbir ekonomiku, u kreattivita’ fl-operat fid-dawl ta’ suq kompetittiv, huma inkoraġġanti għall-futur.
Fl-aħħarxhur żort bosta koperattivi li jimlewk bil-kuraġġ u bl-entużjażmu.  Il-kreattivita’ li jħaddmu ċerti koperattivi, hija ċ-ċavetta għas-suċċess li dawn qed ikollom.  Iżjed minn hekk, l-espressjonijiet ta’ sodisfazzjon li tara fuq l-ucuħ tal-ħaddiema huma ta’ valur li jmur ‘l hinn mill-istatistika jew iċ-ċifri.
Jiengħalhekk nifraħ lil Koperattivi Malta u lill-Fond Ċentrali li illum qed tissokta fil-mixja tagħha fil-moviment koperattiv permezz tal-ftuħ uffiċjali ta’ dawn l-uffiċini ġodda u moderni.  J’Alla dawn l-uffiċini jissarfu fl-għodda li tkompli tgħin lill-koperattivi tagħna, biex ikomplu jagħmlu iżjed suċċessi.
Nawguralkom l-isbaħ xewqat għall-ħidma tagħkomfil-ġejjieni.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow