Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU TAS-SAHHA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’ FL-OKKAZJONI TAL-JUM DEDIKAT GHAS-SAHHA TAL-QALB (WORLD HEART DAY)

pr1716
Date Icon 23/09/2010
Ta’ kull sena, l-GħaqdaDinjija tas-Saħħa tfakkar ġurnata li hija ddedikata għas-saħħa tal-qalb. Din tiġi imfakkra fl-aħħar Ħadd ta’ Settembru u għalhekk din is-sena se taħbat fis-26 ta’ Settembru, propju nhar il-Ħadd li ġej. Madwar id-dinja jmutu mas-17.5 miljun persuna minn mard tal-qalb. 80 fil-mija minnhom jistgħu jiġu evitati.
Hawn Malta, 40fil-mija mill-imwiet li jkollna kull sena huma kkaġunati minn mard kardiovaskulari li jinkludi “ischaemic heart disease” (nuqqas ta’ demm fil-qalb ikkaġunat minn vini jew arterji dojoq jew misduda), attakki tal-qalb u puplesija. 21% tal-imwiet kollha f’Malta ġejjin minħabba li jinstaddu jew jidjiequ l-vini jew l-arterji tal-qalb. Fis-sena 2008, 366 raġel u 312 il-mara mietu minn ischeamic heart disease. L-eta` medja tal-mewt minħabba din il-kundizzjoni kienet ta’ 76 sena.
Ir-riskji tal-mardtal-qalb nafuhom. Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jagħti mportanza lill kull waħda minn dawn ir-riskji. Id-Dipartiment spiss ifakkarna x’għandna nieklu, li l-piż żejjed huwa ta’ deni għalina, il-ħsara tat-tipjip, u li għandna nikkontrollaw l-istress.
M’għandniex għalfejnnħallu għal għada biex nibdew ngħixu ħajja aktar b’saħħitha illum. Hemm mard li jissejjaħ “Non-Communicable diseases”, jiġifieri mard li ma’ jixteridx b’infezzjoni iżda huwa ddeterminat mill-istil ta’ ħajja li ngħixu. Il-mard tal-qalb, fil-maġġoranza assoluta tiegħu, huwa dan it-tip ta’ mard.
Fil-fatt, il-bidlietli rridu nagħmlu huma bidliet żgħar iżda li jkollhom effett kbir fuq saħħitna. Għażla fuq x’ser nieklu, jekk impejpux dak is-sigarett, jekk immorrux il-mixja ta’ kull jum, eċċ. Jekk aħna nagħmlu dawn l-għażliet għaqlin waħda waħda, nibdew inbiddlu l-istil tal-ħajja tagħna u nkunu qed nagħmlu l-almu tagħna biex ngħixu ħajja aktar b’saħħitha billi nevitaw ħafna mard. L’għażla hija f’idejna.
Huwa għalhekk li l-Gvernqiegħed jagħmel ħafna enfasi fuq il-prevenzjoni. Dan, filwaqt li baqa’ jinvesti f’kura speċjaliżżata u jinvesti f’apparat biex il-pazjenti jingħataw l-aqwa kura. Il-Ministeru jieħu kull opportunita’ biex iwassal il-messaġġ tiegħu u proprju dan il-weekend li ġej li fih se jkun iċċelebrat il-jum dinji tal-qalb, filwaqt li fil-Belt Valletta se jkun hemm in-Notte Bianca, dan il-Ministeru se jkun miftuh u se joffri għajnuna u aktar għarfien dwar ir-riskji tal-mard tal-qalb u kif wieħed jista’ jgħix stil ta’ ħajja aħjar.
Id-Direttorat qiegħedjaħdem ukoll ma’ l-assoċjazzjoni tal-istudenti tal-mediċina fuq diversi aspetti. Fosthom nhar il-Ħadd li ġej se jkunu f’Bay Street fejn se joffru għajnuna u tagħrif fuq kif wieħed jista’ jippreveni l-mard tal-qalb u kif jista’ jagħraf ir-riskji minn kmieni.
Dan l-aħħaril-Ministeru għażel is-slogan “Saħħtek għal qalbna” biex jindirizza b’għożża l-prevenzjoni u l-kura ta’ kull tip ta’ mard mit-tfulija sax-xjuħija. Il-qalb tista’ tikkundizzjona l-kwalita` tal-ħajja li ngħixu aħna u l-familji tagħna – nieħdu ħsiebha. Grazzi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow