IL-PRESIDENT JIBDA Ż-ŻJARA UFFIĊJALI F’ĦAD-DINGLI
pr1715
23/09/2010
| “Il-ħidma tal-volontarjat fil-lokal tagħmel | id-differenza u l-viżjoni wiesgħa hija ta’ kontribut mhux biss fir-raħal imma ukoll fuq livell nazzjonali, dan jinħass anke fir-raħal ċkejken ta’ Ħad-Dingli”. Dan qalu l-President George Abela l-bieraħ waqt laqgħa li kellu mal-għaqdiet volontarji f’Ħad-Dingli hekk kif ta’ bidu għaż-żjara uffiċjali fir-raħal. Waqt il-laqgħa, rappreżentanti ta’ diversi għaqdiet minn diversi setturi, tkellmu dwar il-ħidma tagħhom fil-lokal, il-proġetti u l-isfidi li jiltaqgħu magħhom u l-pjanijiet tagħhom għall-futur. |
| Il-President George Abela fi tmiem il-laqgħa qal li | kien ta’ pjaċir għalih jisma’ dwar il-ħidma tagħhom u rringrazzja lil dawk preżenti ta’ din il-laqgħa sabiħa. Il-President Abela qal li x-xogħol ta’ dawn l-għaqdiet flimkien ma’ dak tal-Kunsill Lokali joħloq armonija fir-raħal. |
| Il-President stqarr li permezz ta’ dawn il-laqgħat, | il-presidenza jkollha l-polz tal-pajjiż f’idejha billi tkun viċin il-poplu. Appella wkoll għal dawk li jaħdmu fil-qasam soċjali sabiex bl-intelliġenza u bl-abbilta’ jaħdmu flimkien mal-Malta Community Chest Fund, speċjalment fejn tidħol għajnuna lil dawk il-persuni fil-bżonn. Il-President faħħar ukoll il-ħidma tal-Kunsill f’dik li hija pubblikazzjoni ta’ studju għal żvilupp sostenibbli fir-raħal pittoresk ta’ Ħad-Dingli u qal li din hija inizjattiva sabiħa li tirrifletti t-triq il-quddiem kif għandu jimxi l-Kunsill. |
| Qabel | il-laqgħa il-President Abela, akkumpanjat mis-Sindku Ian Borg, żar l-uffiċini tal-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli u ltaqgħa mal-Kunsilliera kollha. |
| Nhar | il-Ħadd 26 ta’ Settembru, l-President flimkien mas-Sinjura Abela se jtemm iż-żjara tiegħu f’Ħad-Dingli u mistenni jiltaqa’ mar-residenti Dinglin hekk kif jiġu fi tmiemhom l-attivitajiet ta’ Jum Ħad-Dingli. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990