Left arrow Go Back

Imfakkar is-46 Anniversarju tal-Indipendenza ta’ Malta f’Izrael

pr1711
Date Icon 23/09/2010
Membri tal-komunita’Maltija f’Izrael iltaqghu fl-Istitut Pontifikali Notre Dame ta’ Gerusalem biex ifakkru is-46 anniversarju tal-Indipendenza ta’ Malta flimkien mal-Ambaxxatur ta’ Malta ghal Izrael, Dr. Abraham Borg u r-Rapprezentant Malti f’Ramallah, is-Sur Alan Bugeja.
F’diskors qasir l-AmbaxxaturBorg ta merhba u rringrazzja lill-mistiednin tal-attendenza taghhom. Huwa fakkar kif il-21 ta’ Settembru 1964 ta lill-Maltin id-dritt li jkunu s-sidien li jfasslu l-gejjieni ta’ pajjizhom, gens wiehed, indipendenti, wara snin twal ta’ hakma mill-barrani. L-Ambaxxatur ta gieh lill-poplu Malti u l-mexxejja tieghu li kienu wasslu lil dan il-pajjiz zghir, minghajr ebda rizorsi, biex jaghmel il-kisbiet li qed igawdi llum.
L-Ambaxxatur Borgstieden lil gemgha prezenti biex flimkien jixorbu ghall-ghaqda u l-prosperita’ ta’ Malta. Wara l-kant tal-Innu Malti huwa talab lis-Sinjura Carmen Borg, biex flimkien ma’ Suor Marie Louis Sacco jaqsmu l-kejk tal-okkazjoni.

Ta’ min ifakkar li Sr. Marie Louise Sacco tal-Kongregazzjoni ta’ San Guzepp tal-Apparizzjoni, kienet waslet f’Izrael fl-1945, meta l-Istat tal-Israel ma kienx jezisti u ilha tghix hemm ghal dawn l-ahhar 65 sena.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow