Left arrow Mur Lura

‘VALUR LIN-NISA MINN ŻONI RURALI’ – SEMINAR F’GĦAWDEX

pr1708
Date Icon 22/09/2010
“Minbarra lijippromwovu tagħlim għal matul il-ħajja fost l-istrati kollha tas-soċjetà, proġetti bħal dawk li jaqgħu taħt il-programmi Grundtvig, jippromwovu wkoll soċjetà inklussiva li tagħti attenzjoni lil dawk li jinsabu fil-periferija”. Hekk qalet il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, meta kienet qed tindirizza lill-parteċipanti waqt seminar organizzat f’Għawdex mill-General Workers Union (GWU) bħala parti mill-Proġett għat-Tagħlim għal Matul il-Ħajja taħt il-programm Grundtvig, bit-tema ‘Valur lin-nisa minn żoni rurali’.
Il-Ministru spjegatkif din it-tema tirrifletti r-realtà li qed jgħixu n-nisa Għawdxin u kif dawn irnexxielhom jivvalorizzaw il-potenzjal tagħhom billi komplew bl-istudji u l-karrieri tagħhom minkejja l-isfidi li ffaċċjaw minħabba l-problema ta’ l-insularità doppja tal-gżira. “Ir-realtà li jgħixu dawn in-nisa llum hija ferm differenti minn dik ta’ ftit għexieren ta’ snin ilu”, qalet il-Ministru Debono.
Il-programmital-Grundtvig għandhom diversi għanijiet, fosthom li jżidu l-għadd ta’ persuni li jipparteċipaw fl-edukazzjoni għall-adulti u li jtejbu l-kwalità ta’ l-esperjenza tagħhom, kemm jekk f’pajjiżhom kif ukoll barra; li jtejbu l-kwalità u l-ammont ta’ kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet li joffru edukazzjoni għall-adulti; li jiżviluppaw edukazzjoni innovattiva għall-adulti kif ukoll prattiċi ta’ tmexxija u nkoraġġiment sabiex ikun hemm firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet; li jassiguraw li dawk li jinsabu fil-marġini tas-soċjetà jiġu offruti wkoll edukazzjoni għall-adulti, speċjalment l-anzjani u dawk li ħallew l-iskola mingħajr kwalifiki bażiċi; u li jtejbu l-kundizzjonijiet għall-mobilità biex b’hekk aktar u aktar nies jibbenefikaw mill-edukazzjoni għall-adulti.
Il-Ministru GiovannaDebono spjegat kif fost affarijiet oħra dan il-proġett, li qed tipparteċipa fih il-General Workers Union, ta opportunità lill-parteċipanti Maltin u Għawdex biex jitħalltu ma’ parteċipanti barranin li ġejjin minn pajjiżi ferm ikbar. Dan ukoll huwa wieħed mill-benefiċċji li Malta kisbet bis-sħubija sħiħa tagħha fl-Unjoni Ewropea.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow