STQARRIJA TAL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITà - LAQGĦA KORDJALI U EFFETTIVA.
Wara li illum ġew sospiżi l-azzjonijiet industrijali minn naħa tal-MUMN, saret laqgħa uffiċjali bejn il-Ministru Joe Cassar, Is-Segretarju Parlamentari Mario Galea, uffiċjali mid-Diviżjoni tas-Saħħa u rappreżentanti tal-MUMN fosthom Paul Pace President MUMN u Colin Galea Segretarju tal- MUMN.
Il-laqgħa saret fin-12.30 u damet sejra sagħtejn. Fiha ġie diskuss kif għandu jiġi evalwat ir-rwol ta' l-infermiera, l-ammont ta’ infermiera fil-qasam tas-saħħa u kif l-infermiera għandu jkollhom sapport minn ħaddiema oħra fil-qasam tas-saħħa. Aspett ieħor li ġie diskuss hija r-reviżjoni ta' policies interni fosthom dik tat-tqassim tal-mediċini li jintuża support staff mill-ispiżerija.. Dan kollu għandu jsir dejjem wara qbil bejn iż-żewġ naħat fuq il-metodi li bihom isiru l-istudji neċessarji.
Il-Ministru tas-Saħħa, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità u l-MUMN urew is-sodisfazzjon tagħhom li l-ewwel laqgħa ħalliet il-frott mixtieq u wrew it-tama li l-laqgħat ikomplu għaddejin għal-ġid tal-pazjenti kollha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990