Is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi jattendi l-Assemblea Ministerjali tal-World Intellectual Property Organisation (WIPO)
pr1697
18/09/2010
| Is-Segretarju | Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi illum jitlaq minn Malta lejn Ġinevra biex jattendi Assemblea Ministerjali tal-Organizzazjoni WIPO (World Intellectual Property Organisation). Waqt iż-żjara tiegħu Jason Azzopardi ser jiffirma Memorandum of Understanding bejn WIPO u l-Gvern Malti.Dan il-ftehim ser iwassal għall-iżvilupp ta’ inizzjattivi konġunti bejn iż-żewġ naħat bl-għan li: |
| • Jisaħħu l-aspetti | tekniċi, u għodda amministrattivi tad-Dipartiment tal-Kummerċ, |
| • Tiżdied l-informazzjoni | dwar il-Proprjeta Intelletwali f’Malta, |
| • Jitjieb l-infurzar | dwar id-drittijiet għall-Proprjeta Intelletwali, |
| • Jitjiebu l-possibbilitajiet | ta’ istituzzjonijiet akkademiċi, ta’ riċerka u żvilupp, kif ukoll entitajiet tan-negozju Maltin, biex jagħmlu użu aħjar minn sistemi ta’ proprjeta’ intelletwali fl-oqsma tal-ekonomija, xjenza u teknoloġija. |
| • Isir tisħiħ | tal-proċess għar-reġistrazzjoni tat-trademark nazzjonali, bi tħejjija għall-implimentazzjoni tal-proċess tar-reġistrazzjoni tat-trademark internazzjonali. |
| Il-WIPO hija | organizzazjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li hija ddedikata li tiżviluppa suq internazzjonali tal-proprjeta intelletwali li jkun bilanċjat u aċċessibbli. Dan is-suq b’hekk jippremja il-kreattivita’, jistimola l-innovazzjoni, u jikkontribbwixxi għall-iżvilupp ekonomiku filwaqt li jħares l-interess pubbliku. |
| Għal din il-laqgħa | ser jiltaqgħu 184 stat membru tal-organizzazjoni bl-għan li tiġi diskussa l-ħidma tal-organizzazjoni kif ukoll il-politika għall-ġejjieni. Jakkumpanja lis-Segretarju Parlamentari hemm Godwin Warr Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Kummerċ. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990