Left arrow Go Back

Fondi Ewropej għal tisbiħ u restawr f’Ħal Millieri u għal agro-turiżmu fil-Mellieħa

pr1696
Date Icon 18/09/2010
12-ilKunsill Lokali jiksbu 4.8 miljun ewro mill-Pjan ta’ Żvilupp Rurali
Fil-jiemli għaddew ħdax-il Kunsill Lokali iffirmaw il-kuntratti mal-Aġenzija tal-Pagamenti fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali (MRRA) sabiex ikunu jistgħu jibdew jagħmlu użu mill-finanzjament Ewropew li kisbu mill-Miżuri 313 u 323 taħt il-Pjan ta’ Żvilupp Rurali.
Seba’Kunsilli Lokali Maltin u ħamsa Għawdxin se jkunu qed jiksbu bejniethom 4.8 miljun ewro u permezz ta’ dawn il-fondi, se jkunu jistgħu jwettqu numru ta’ proġetti bil-għan li jirrestawraw u jtejbu l-infrastruttura rurali.
Fost il-proġetti hemmir-restawr u t-tisbiħ tar-raħal medjevali ta’ Ħal Millieri, ir-restawr ta’ katakombi u xelters tat-Tieni Gwerra Dinjija f’Ħal Kirkop, it-tindif tal-widien tal-Mosta, ir-restawr tal-Kappella ta’ San Dimitri fl-Għarb, u r-restawrar ta’ kilometri ta’ ħitan tas-sejjieħ fil-kampanja madwar Malta u Għawdex.
Is-SegretarjuParlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said fisser il-kisba ta’ dawn il-fondi bħala sinjal tal-ħidma eċċellenti li qed iwettaq il-MEUSAC u tal-kwalita’ tal-applikazzjonijiet li qed jippreżentaw il-Kunsilli Lokali Maltin.
ChrisSaid qal ukoll “li lokalitajiet żgħar bħal Ħal Kirkop u Ħad Dingli jamministraw 800,000 ewro u 437,000 ewro rispettivament, sa ftit tas-snin ilu kienet biss ħolma. Issa dawn il-lokalitajiet u oħrajn għandhom f’idejhom fondi li se jużaw għall-ġid tal-lokalitajiet u l-komunitajiet li jirrappreżentaw. Dawn il-flus jikkumplimentaw u mhux jieħdu post il-miljuni ta’ ewro li ta’ kull sena l-Gvern jgħaddi lill-Kunsilli Lokali biex iwettqu xogħlijiet fil-lokalitajiet inkluż biex itejbu t-toroq”.
Miżura 313 titrattatitjib fil-kwalità ta’ ħajja fi nħawi rurali u diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali. Din il-miżura għandha l-għan li tħeġġeġ l-iżvilupp sostennibbli u l-użu effiċjenti tar-riżorsi rurali għall-qasam turistiku. Taħt il-Miżura 313, ħames Kunsilli Lokali se jkunu qed jieħdu total ta’ 1,920,000 miljun ewro bejniethom.
Il-Miżura 323 titrattakonservazzjoni u titjib fil-livell tal-wirt rurali. L-għan tagħha hu li ttejjeb il-kwalità ta’ ħajja fi nħawi rurali billi jissaħħaħ il-pajsaġġ li joffru il-gżejjer Maltin. Din il-miżura tgħin f’investimenti bħall-konservazzjoni, restawr u titjib tal-livell tal-wirt naturali u fiżiku. Taħt il-Miżura 323, tnax-il Kunsill Lokali se jkunu qed jieħdu 2,846,000 ewro.
Il-ħames Kunsilli Lokalili gawdew mill-Miżura 313, gawdew ukoll mill-Miżura 323.
Is-seba’ Kunsilli LokaliMaltin li gawdew minn dawn il-fondi se jieħdu 2,223,000 ewro. Il-ħames Kunsilli Lokali Għawdxin se jieħdu 1,676,000 ewro.
It-tabella li jmisstagħti indikazzjoni ta’ x’jinvolvu l-proġetti li se jkunu qed jitwettqu mill-Kunsilli Lokali permezz ta’ dawn il-fondi.

Kunsill Lokali

Deskrizzjoni tal-Proġett

Miżura

Fondi Ewropej

Ħal Kirkop

Permezz tal-fondi se tissebbaħ Pjazza Żernieq, se jsir xogħol ta’ konservazzjoni u t-tisbiħ ta’ katakombi paleo-kristjani, filwaqt li se tkun preżervata l-mogħdija tal-Imtalli.

313 + 323

€800,000

Ħad Dingli

Se jsir restawr ta’ postijiet storiċi u se jittejjeb l-aċċess għal dawn l-istess postijiet. Ir-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ se jwassal biex ma tkomplix tintilef aktar ħamrija. Se tinħoloq heritage trail madwar ir-raħal. Dan kollu għandu jwassal għall-ħolqien ta’ impjiegi.

313 + 323

€437,000

Il-Munxar

Se tinħoloq heritage trail partijiet mill-Munxar u x-Xlendi b’numru ta’ servizzi li jiffaċilitaw it-turiżmu fil-kampanja. Barra minn hekk se jsir restawr fuq il-Mitħna sotteranzja ta’ emerġenza fix-Xlendi li hi l-unika waħda tax-xorta tagħha f’Għawdex.

313 + 323

€401,000

Iż-Żurrieq

Se jsir tisbiħ ġenerali fl-inħawi li jwasslu sa Ħal Millieri, raħal medjevali li jinsab fil-limiti taż-Żurrieq. Partijiet mit-toroq li jwasslu sa Ħal Millieri se jsiru mill-ġdid filwaqt li z-zuntier s-Salib tad-Dejma u z-zuntier tal-Kappella ta’ San Ġwann se jkunu restawrati. L-għan hu li jkun preżervat dan il-wirt storiku uniku u li jattira lejh aktar turisti.

313 + 323

€385,000

Il-Mellieħa

Se jsir proġett ta’ agro-turiżmu sostenibbli fiz-zona ta’ Selmun u l-Imġiebaħ. L-għan hu li dawn l-inħawi jingħataw id-dehra kif kienu mijiet ta’ snin ilu. Se jinbnew mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ, se ssir heritage trail ġdida, numru ta’ irziezet se jinbidlu f’centri ta’ interpretazzjoni, u se jsir restawr ta’ pill-boxes ta’ żmien il-gwerra. Biex isir il-proġett hemm sitt applications quddiem il-MEPA.

313+323

€875,000

Il-Mosta

Se jsir pjan għall-immaniġġjar ta’ Wied il-Għasel u Wied Ganamu. Il-widien se jitnaddfu u se jkunu restawrati. Se tinbena mogħdija biex tgħaqqad iż-żewġ widien flimkien . Se jsir ukoll restawr fuq il-pont tal-Isperanza.

323

€393,000

San Lawrenz

Se jsir it-tisbiħ tal-pjazza, ir-restawr ta’ diversi sqaqien fil-qalba tar-raħal. Dan kollu għandu jgħin biex San Lawrenz joffri esperjenza mill-aktar rurali lill-viżitatur.

323

€717,000

L-Għarb

Se jsiru ħames investimenti differenti. Ir-restawr tas-Salib li sar fl-1753; ir-restawr tal-Kappella ta’ San Dimitri u tal-Kappella taż-Żejt; ir-restawr ta’ pont antik; u r-restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ li jwasslu għal dawn il-proġetti.

323

€486,000

Ta’ Sannat

Il-proġett jinkludi r-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ bil-għan li jkunu preżervati l-inħawi rurali fil-limiti tar-raħal u b’hekk ikunu attirati aktar viżitaturi u turisti.

323

€43,000

Birżebbuġa

Se jkun irranġat u faċilitat l-aċċess għall-bdiewa u r-raħħala fl-egħlieqi tagħhom. Se jkunu restawrati wkoll il-ħitan tas-sejjieħ fil-Brolli, f’Ta’ Sansajna, f’Wied il-Qoton u f’Borġ in-Nadur.

323

€34,000

Il-Qala

Se jsir bini ta’ ħitan tas-sejjieħ fil-kampanja madwar il-lokalita’. Ir-raba’ kienet devoluta lill-Kunsill Lokali biex tkun trasformata f’picnic area.

323

€29,000

L-Iklin

Il-ħitan tas-sejjieħ fl-inħawi tal-Kappella San Mikiel, fi Triq ir-Razzett l-Aħmar u fi Triq Erin Serracino Inglott se jkunu restawrati.

323

€174,000

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow