Skema tal-IspiŻerija tal-Għażla Tiegħek
| Ġbir u Mili tal-Formola tar-Reġistrazzjoni : Sliema | - Iklin |
| Id-Dipartiment | tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] jixtieq jinforma lill-pazjenti li huma ntitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gżira u ta’ Birkirkara rispettivament, li jistgħu jiġbru l-Formola Uffiċjali tar-Reġistrazzjoni mill-ispiżeriji msemmija hawn taħt. |
| Il-pazjenti | li għandhom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma ntitolati għall-mediċini tad-diabete BISS għandhom jirreġistraw mà dil-Iskema. Huwa IMPORTANTI li għar-reġistrazzjoni għandha tintuża BISS il-Formola tar-Reġistrazzjoni uffiċjali pprovduta mid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. |
| Il-Formola tar-Reġistrazzjoni għandha timtelà kif | gej: |
| Sezzjoni | [A] - Mill-pazjent |
| Sezzjoni | [B] - Mill-ispiżjar/a inkarigat/a mill-ispiżerija li l-pazjent ikunu għażel biex jirreġistra magħha. |
| Sezzjoni | [C] - Mit-tabib/a tagħhom jew mit-tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Gżira u ta’ Birkirkara |
| Id-Dipartment | tal-POYC jixtieq jinforma lill-pazjenti li dawk ir-Registrazzjonijiet li ma jsirux fuq fil-Formola tar-Reġistrazzjoni uffiċjali, u li ma jkunx hemm mehmuza magħhom kopja tal-Karta tal-Identità u tad-dokumenti uffiċjali validi relatati mal-kundizzjoni medika ma jkunux jistgħu jiġu pproċessati. |
| Id-Dipartiment tal-POYC filwaqt li jirringrazzja | lill-pazjenti tal-koperazzjoni, jinforma li min jinħtieġ aktar informazzjoni jista’ iċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350. |
Spiżeriji – SLIEMA
Isem | Indirizz | Lokalita' |
Chemimart Ltd. Pharmacy | 4,5,6, Il-Piazzetta, Triq it-Torri | Sliema |
Drug Store | 382, Triq Manwel Dimech, | Sliema |
Edward's Pharmacy | 115 Triq Manwel Dimech | Sliema |
Harley Pharmacy | 1,Triq Nathalie Poutiatin Tabone | Sliema |
Mrabat Pharmacy | 5, Triq l-Imrabat, | Sliema |
Norman's Pharmacy | 133, High Street, | Sliema |
Rudolph Pharmacy | 133, Triq Rodolfu | Sliema |
St. Francis Pharmacy | 293, Triq Manwel Dimech | Sliema |
Stella Maris Pharmacy | 34, Millner Street | Sliema |
The Economical Dispensary | 86/87, Triq Sir Adrian Dingli | Sliema |
Victor's Pharmacy | 9, Triq it-Torri, | Sliema |
Wales Pharmacy | 183, Triq Manwel Dimech | Sliema |
Spiżeriji – IKLIN | ||
Isem | Indirizz | Lokalita' |
Iklin Pharmacy | Triq Ġeronimo Abos | Iklin |
Mehriez Pharmacy | 4, Triq Ġiovanni Curmi | Iklin |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990