20,000 ewro għat-tisbiħ ta’ ħames Żoni pubbliċi minn Vodafone
pr1690
17/09/2010
| Iż-żieda | fir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli Lokali, riżultat tat-tiġdid li għaddew minnu tul is-sena li għaddiet, ġabet magħha l-ħtieġa ta’ aktar riżorsi inkluż riżorsi finanzjarji. Fl-ewwel sentejn ta’ din il-leġiżlatura l-Gvern ta 67.2 miljun ewro lill-Kunsilli Lokali. Dawn il-flus jinkludu l-allokazzjoni finanzjarja annwali u l-flus li jingħataw permezz ta’ fondi speċjali biex iwettqu proġetti fl-interess tar-residenti tagħhom jew jorganizzaw attivitajiet partikolari li bihom jattiraw viżitaturi inkluż turisti. |
| Dan qalu | s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said meta dalgħodu tnediet inizjattiva ambjentali li qed issir bi sħab bejn is-Segretarjat Parlamentari u l-kumpanija Vodafone biex tiċċelebra għeluq l-20 sena ħidma tal-kumpanija f’pajjiżna. |
| Permezz | ta’ din l-inizjattiva l-kumpanija Vodafone se tgħaddi 20,000 ewro lil ħames Kunsilli Lokali li se jkunu qed iwettqu proġetti li jtejbu l-ambjent urban tal-lokalita’ tagħhom. L-inizjattivi eliġibbli jinkludu t-tisbiħ ta’ żoni pubbliċi u prominenti bħal playing fields, ġonna pubbliċi jew pjazez. Il-mira tal-iskema hi li tgħin lokalita’ minn kull Kumitat Reġjonali. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said faħħar | l-inizjattiva ta’ Vodafone li bħala parti mill-kampanja ta’ responsabbilta’ soċjali li għandha, għażlet li tgħin numru ta’ Kunsilli Lokali biex ikompli jsebbħu l-ambjent tagħhom. Hu appella biex aktar kumpaniji jieħdu inizjattivi bħal dawn u jgħinu lil-lokalitajiet fejn jinsabu bbażati l-uffiċċji tagħhom. B’hekk ikunu qed iroddu jagħtu ftit għajnuna lil dawk il-komunitajiet li jkunu qed jilqgħuhom fosthom. |
| Il-Brand | Manager ta’ Vodafone Maria Vella Galea qalet li għal Vodafone din is-sena hi verament waħda speċjali minħabba li l-kumpanija għalqet 20 sena mill-operat tagħha f’Malta. Għal din l-okkażjoni, minbarra l-ħafna offerti vantaġġużi u skemi ta’ ringrazzjament lill-klijenti tagħha, Vodafone ħasset li kellha tagħti wkoll xi ħaġa lura lill-komunità u lill-ambjent tal-gżejjer Maltin. F’dan l-isfond Vodafone issieħbet mas-Segretarjat Parlamentari biex twettaq proġetti ambjentali li għandhom jitgawdew mill-familji Maltin u Għawdxin f’ħames lokalitajiet differenti. |
| Il-proposti li se jitressqu jridu jiġu evalwati minn | bord apposta. L-applikazzjonijiet iridu jidħlu sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 15 ta’ Ottubru 2010. L-ismijiet tal-Kunsilli Lokali u l-proġetti magħżula se jixxandru f’Novembru. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990