STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI: KUNDANNAT ATT VANDALU FUQ IL-VICTORIA GATE
pr1689
17/09/2010
| Wara li fix-xhur li għaddew tlesta | r-restawr tal-Victoria Gate fil-Belt Valletta, illum dan il-post safa vvandalizzat billi nħaraq xi materjal bil-konsegwenza li arkata li tifforma parti minn din id-daħla tal-Belt sfat vandalizzata u saret ħsara lill-ġebla. |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u | l-Affarijiet Rurali jikkundanna bil-qawwa kollha dan l-attakk vandalu. Hija ħasra li f’pajjiżna għad fadal nies irresponsabbli li lesti jivvandalizzaw il-wirt ta’ pajjiżna. Min wettaq dan l-att vandalu ma apprezzax ix-xogħol li twettaq minn ħaddiema ta’ ħila li b’attenzjoni u b’sengħa kbira rrestawraw dan il-ġojjell. Il-Gvern jibqa’ impenjat li jkompli għaddej bil-proġetti ta’ restawr sabiex inkomplu nipriservaw il-ġojjelli storiċi li għaddewlna missirijietna. Intant immedjatament illum ħaddiema tad-Dipartiment tar-Restawr bdew jaħdmu fuq it-tindif tal-post sabiex titnaqqas kemm jista’ jkun il-ħsara li tista’ tibqa’ ssir lill-ġebla. |
| Il-Ministeru jfakkar li x-xogħlijiet | li saru fiż-żona Ta’ Liesse li kienu jinkludu wkoll ir-restawr tal-Victoria Gate, saru b’investiment ta’ ‘l fuq minn €400,000. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990