Left arrow Mur Lura

DISKORS TAL-FTUĦ MILL-ONOR. MARIO DE MARCO, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA  FIN-‘NATIONAL WORKSHOP ON ISSUES PAPER’ – POLITIKA NAZZJONALI DWAR L-AMBJENT – L-EWWEL FAŻI TAL-KONSULTAZZJONI  - WESTIN DRAGONARA RESORT, SAN ĠILJAN

pr1687
Date Icon 17/09/2010
Nixtieqnirringrazzjakom talli lqajtu l-istedina tagħna biex illum niddiskuti dak li intom tħossu li huwa importanti fil-qasam ambjentali. Nixtieq nistedinkom biex illum taqsmu magħna l-ideat tagħkom dwar dak li taħsbu li dan il-pajjiż għandu jagħmel fil-qafas tal-politika nazzjonali dwar l-ambjent. Dan huwa importanti jekk irridu li din il-politika nazzjonali tkun ta’ suċċess, biex fl-aħħar mill-aħħar dan il-pajjiż ikun aħjar. Aħna, inkluż it-tfal tagħna, nkunu qed ngħixu f’pajjiżi aħjar.
Fil-fatt meta jiena nedejt il-proċess biex tissawwardin il-politika nazzjonali kont għidt ukoll li nixtieq il-parteċipazzjoni attiva tal-oppożizzjoni u għalhekk kont stedint lil Onor. Mr Leo Brincat biex jipparteċipa. Il-kommunikazzjoni bejnietna fil-fatt għaddejja u għandna nkomplu niltaqgħu biex niddiskutu.
F’danil-punt ippermettuli naqleb ftit għall-Ingliż għall-benefiċċju tal-mistednin tagħna. Mr Quinn and Dr Crowe, I would like to welcome you here in Malta and thank you for accepting our invitation to participate in today’s seminar. I personally am very keen to hear about your experiences in developing an environmental policy and in environmental management, and also about your experiences with implementation. With your permission, I will revert to Maltese.
Waħdamill-isfidi li għandha din il-politika nazzjonali, hija l-implimentazzjoni tagħha u għalhekk qed nallokaw ħin għall-konsultazzjoni wiesa’ anki fi ħdan entitajiet governattivi li fuqhom ukoll tiddependi din il-politika nazzjonali.  Dan huwa neċessarju għax, kif huwa evidenti meta qed nimplimentaw numru ta’ pjani ta’ azzjoni u miżuri ambjentali, politika ambjentali trid tkun integrata fil-qafas tal-politika ta’ oqsma oħrajn, inkluż u partikolarment dak ekonomika u finanzjarja.
Għaldaqstant, nixtieq li din id-diskussjoni tal-lumtiffoka fuq il-futur u mhux fuq il-passat. U għalhekk nixtieq naqsam magħkom ftit ħsibijiet personali li jiena naħseb li għandhom jiġu riflessi fil-politika nazzjonali dwar l-ambjent. Tlett punti inpartikolari :
L-ewwel:kif diġa aċċenajt, irrid li jkun hemm iktar integrazzjoni tal-ambjent fl-oqsma l-oħra, inkluż fil-qasam ekonomiku, fil-qasam turistiku, fil-qasam tat-trasport; u f’dak li nipproduċu u nikkunsmaw –  biex nagħti biss ftit eżempji.
It-tieni:nemmen li rridu naddottaw ħafna iżjed il-prinċipju ta’ konservazzjoni tan-natura – dan partikolarment minħabba l-valur intrinsiku ta’ l-ekosistema u l-biodiversità –  din is-sena hija s-sena dedikata għall-biodiversità –  imma wkoll minħabba l-valur ekonomiku tal-konservazzjoni għal setturi bħat-turiżmu.  Dan nixtieq li jkun iktar rifless fl-azzjonijiet li nagħmlu.
It-tielet:irrid li Malta tkun relevanti fuq livell internazzjonali, partikolarment fuq livell Ewropew. Aħna, kif diġa għamilna fil-passat, nistgħu nikkontribwixxu ħafna għall-qasam ambjentali partikolarment fil-kuntest Mediterranju. Dan ukoll iżda fuq livell internazzjonali.
Biexnaslu għal dan, naħseb li huwa essenzjali li:

1.            nilħqu l-miri u l-obbligi li għandna bħala stat membru fl-Unjoni Ewropea fiż-żminijiet
               stipulati b’riżorsi dedikati biex nilħqu dan il-għan;

2.            nidentifikaw dawk l-oqsma li aħna bħala ċittadini ta’ dan il-pajjiż, huwa fl-interess
               tagħna li mmorru oltre dak li aħna ftehimna mal-UE li se nagħmlu. eżempju partikolari
               li jiġi f’moħħi huwa dak relatat mal-istorbju. Żgur li hemm oħrajn li forsi jaffettwaw is-
               saħħa tagħna.

3.            nidentifikaw l-opportunitajiet li dan il-qasam tal-ambjent qiegħed joffrilna –
               opportunitajiet ekonomiċi, opportunitajiet ta’ impjiegi, opportunitajiet għal ħajja aħjar.

Dawn huma biss ftit ħsibijiet li xtaqt naqsam magħkom fil-bidu ta’ din il-konferenza. Matul din il-ġurnata, ser inkun qiegħed hawn biex nisma’ l-ħsibijiet tagħkom li nistidinkom biex taqsmu magħna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow