Left arrow Mur Lura

Diskors mill-Onor. Dolores Cristina, Ministru tal-Edukazzjoni, Xoghol u l-Familja, fil-bidu ta’ PROGRAMM  TA’ THEJJIJA PROFESSJONALI GHALL-GHALLIEMA GRADWATI GODDA

pr1686
Date Icon 17/09/2010
Merħba lilkom ilkoll, kemm l-għalliema l-ġodda li setkunu qed tgħallmu fl-iskejjel tal-istat, kif ukoll intom li se tgħallmu fl-iskejjel tal-Knisja. Kienet ix-xewqa tiegħi li niltaqa’ magħkom flimkien biex nilqagħkom għal din il-professjoni tant impenjattiva imma tant sabiħa, u li taf tagħti sodisfazzjon għal min jiddeċiedi li jeħodha bis-serjeta’ kif m’għandix dubju li se tagħmlu intom.
Xtaqtniltaqa’ magħkom għaliex intom kollha se tesperjenzaw  u se tibdew tħaddmu aspetti mir-riformi kbar u importanti li saru dawn l-aħħar snin, fis-sistema edukattiv imħaddem fl-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja.
Illumnirrealizzaw li biex it-tfal Maltin kollha tassew jilħqu l-milja tagħhom, biex nilħqu l-Vizjoni 2015 ta’ dan il-Gvern, il-partijiet kollha fil-qasam edukattiv iridu jaħdmu flimkien biex ibiddlu dak li qatt ma konna naħsbu li jista’ jinbidel, u li qed ixekkilna milli nagħmlu aktar suċċess fl-iskejjel tagħna.
Tneħħew,mhux l-eżamijiet, li huma importanti, imma l-funzjoni diskriminatorja li dawn kellhom fl-aħħar tal-primarja li jagħżlu bejn tfal tajbin u tfal anqas tajbin, bejn skola u oħra, bejn tip u ieħor ta’ pakkett edukattiv. Illum bit-tneħħija tal-eżami tal-Junior Lyceum u tal-Common Entrance, it-tfal kollha għandhom ħafna aktar ‘level playing field’ minn qatt qabel.
Mhuxbiss – investejna bil-kbir f’edukazzjoni tal-aqwa kwalita` għall-iskejjel tal-Istat. U se ngħinu wkoll bis-sħiħ finanzjarjament lill-iskejjel tal-Knisja biex kollha jipprovdu proċess edukattiv bla skossi mill-primarja għas-sekondarja, u jipprovdu ambjent edukattiv tajjeb daqs tal-iskejjel tal-istat. Naturalment dan qed isir fil-kuntest tar-relazzjoni u l-ftehim speċjali li hemm bejn l-iStat u l-Knisja, u li jagħtu spazju għal dan it-tip ta’ appoġġ.
Id-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoniu l-iskejjel tal-Knisja flimkien ma’ dawk indipendenti qed jaħdmu fuq Kurrikulu Nazzjonali; fuq Ċertifikat ta’ Tmiem is-Sekondarja komuni għal min jixtieq jużah; fuq eżamijiet tal-aħħar tal-primarja komuni għal min jixtieq jużahom… il-lista ta’ ħidma flimkien dejjem titwal.
Il-FtehimKollettiv li għadu kemm ġie ffirmat mal-MUT, u li jaffettwa lilkom ilkoll, kompla saħħaħ l-impenn tal-Gvern li jappoġġja lill-għalliema biex jimplimentaw il-bidliet profondi li qegħdin naħdmu fuqhom.
Kelmaspeċjali lil min se jibda jaħdem fl-iskejjel tal-istat. Din hi t-tielet sena li qed isir dan is-Seminar li permezz tiegħu jibda l-Induction Year għall-għalliema ġodda li ġew impjegati mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi għall-iskejjel tal-iStat. Dan il-Programm ta’ Tħejjija Professjonali huwa essenzjali biex tibdew fuq sieq tajba. Kulħadd ikollu l-biżgħat tal-bidu, anke jien niftakar meta bdejt ngħallem ħafna snin ilu kelli l-biżgħat tiegħi.
Taqtgħux qalbkom. Se jkollkom l-appoġġ kollu meħtieġmill-għalliema sħabkom, mill-kapijiet tal-iskejjel u mill-Principali tagħkom, li bl-esperjenza u l-għaqal tagħhom ikunu jistgħu jiggwidawkom biex tkunu ta’ l-aħjar servizz lit-tfal li se tgħallmu u lill-familji tagħhom.
Nawguralkom karriera mill-isbaħ li tagħtikomsodisfazzjon u li matulha l-mijiet ta’ studenti li jiġu f’kuntatt magħkom tagħmlu fihom id-differenza.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow