Diskors mill-Onor. Dolores Cristina, Ministru tal-Edukazzjoni, Xoghol u l-Familja, fil-bidu ta’ PROGRAMM TA’ THEJJIJA PROFESSJONALI GHALL-GHALLIEMA GRADWATI GODDA
pr1686
17/09/2010
| Merħba lilkom ilkoll, kemm l-għalliema l-ġodda li se | tkunu qed tgħallmu fl-iskejjel tal-istat, kif ukoll intom li se tgħallmu fl-iskejjel tal-Knisja. Kienet ix-xewqa tiegħi li niltaqa’ magħkom flimkien biex nilqagħkom għal din il-professjoni tant impenjattiva imma tant sabiħa, u li taf tagħti sodisfazzjon għal min jiddeċiedi li jeħodha bis-serjeta’ kif m’għandix dubju li se tagħmlu intom. |
| Xtaqt | niltaqa’ magħkom għaliex intom kollha se tesperjenzaw u se tibdew tħaddmu aspetti mir-riformi kbar u importanti li saru dawn l-aħħar snin, fis-sistema edukattiv imħaddem fl-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja. |
| Illum | nirrealizzaw li biex it-tfal Maltin kollha tassew jilħqu l-milja tagħhom, biex nilħqu l-Vizjoni 2015 ta’ dan il-Gvern, il-partijiet kollha fil-qasam edukattiv iridu jaħdmu flimkien biex ibiddlu dak li qatt ma konna naħsbu li jista’ jinbidel, u li qed ixekkilna milli nagħmlu aktar suċċess fl-iskejjel tagħna. |
| Tneħħew, | mhux l-eżamijiet, li huma importanti, imma l-funzjoni diskriminatorja li dawn kellhom fl-aħħar tal-primarja li jagħżlu bejn tfal tajbin u tfal anqas tajbin, bejn skola u oħra, bejn tip u ieħor ta’ pakkett edukattiv. Illum bit-tneħħija tal-eżami tal-Junior Lyceum u tal-Common Entrance, it-tfal kollha għandhom ħafna aktar ‘level playing field’ minn qatt qabel. |
| Mhux | biss – investejna bil-kbir f’edukazzjoni tal-aqwa kwalita` għall-iskejjel tal-Istat. U se ngħinu wkoll bis-sħiħ finanzjarjament lill-iskejjel tal-Knisja biex kollha jipprovdu proċess edukattiv bla skossi mill-primarja għas-sekondarja, u jipprovdu ambjent edukattiv tajjeb daqs tal-iskejjel tal-istat. Naturalment dan qed isir fil-kuntest tar-relazzjoni u l-ftehim speċjali li hemm bejn l-iStat u l-Knisja, u li jagħtu spazju għal dan it-tip ta’ appoġġ. |
| Id-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni | u l-iskejjel tal-Knisja flimkien ma’ dawk indipendenti qed jaħdmu fuq Kurrikulu Nazzjonali; fuq Ċertifikat ta’ Tmiem is-Sekondarja komuni għal min jixtieq jużah; fuq eżamijiet tal-aħħar tal-primarja komuni għal min jixtieq jużahom… il-lista ta’ ħidma flimkien dejjem titwal. |
| Il-Ftehim | Kollettiv li għadu kemm ġie ffirmat mal-MUT, u li jaffettwa lilkom ilkoll, kompla saħħaħ l-impenn tal-Gvern li jappoġġja lill-għalliema biex jimplimentaw il-bidliet profondi li qegħdin naħdmu fuqhom. |
| Kelma | speċjali lil min se jibda jaħdem fl-iskejjel tal-istat. Din hi t-tielet sena li qed isir dan is-Seminar li permezz tiegħu jibda l-Induction Year għall-għalliema ġodda li ġew impjegati mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi għall-iskejjel tal-iStat. Dan il-Programm ta’ Tħejjija Professjonali huwa essenzjali biex tibdew fuq sieq tajba. Kulħadd ikollu l-biżgħat tal-bidu, anke jien niftakar meta bdejt ngħallem ħafna snin ilu kelli l-biżgħat tiegħi. |
| Taqtgħux qalbkom. Se jkollkom l-appoġġ kollu meħtieġ | mill-għalliema sħabkom, mill-kapijiet tal-iskejjel u mill-Principali tagħkom, li bl-esperjenza u l-għaqal tagħhom ikunu jistgħu jiggwidawkom biex tkunu ta’ l-aħjar servizz lit-tfal li se tgħallmu u lill-familji tagħhom. |
| Nawguralkom karriera mill-isbaħ li tagħtikom | sodisfazzjon u li matulha l-mijiet ta’ studenti li jiġu f’kuntatt magħkom tagħmlu fihom id-differenza. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990