Left arrow Mur Lura

L‑ISPEAKER MICHAEL FRENDO JILTAQA’ MAL‑PRESIDENT TAL‑KAMRA TAD‑DEPUTATI TAL‑ITALJA, GIANFRANCO FINI

pr1684
Date Icon 17/09/2010
  • SER ISIR FTEHIM TA’ KOPERAZZJONI BEJN IL‑PARLAMENT MALTI U L‑PARLAMENT TALJAN

  • “IL‑PARLAMENT MALTI JIBQA’ JGĦOŻŻ L‑IDENTITÀ TIEGĦU BĦALA PARLAMENT FIT‑TRADIZZJONI TAL‑COMMONWEALTH IMMA BĦALA PARLAMENT TA’ STAT MEMBRU TAL‑UNJONI EWROPEA IRID ISSA JIEĦU KONT UKOLL TAL‑PRATTIKA PARLAMENTARI TAL‑PAJJIŻI KONTINENTALI EWROPEJ” – Michael Frendo lil Gianfranco Fini f’Ruma
Nharl‑Erbgħa, 15 ta’ Settembru 2010, l‑Onor. Michael Frendo, Speaker tal‑Kamra tad‑Deputati ta’ Malta u l‑Onor. Gianfranco Fini, President tal‑Kamra tad‑Deputati tal‑Parlament Taljan qablu li jsir ftehim ta’ koperazzjoni bejn iż‑żewġ Parlamenti biex isiru skambji ta’ informazzjoni, internships ta’ staff u konsultazzjonijiet dwar l‑użu tal‑poteri tal‑Parlamenti Nazzjonali fi ħdan it‑Trattat ta’ Lisbona.
F’dinil‑laqgħa li saret fil‑bini tal‑Parlament Taljan, Montecitorio, kienu diskussi wkoll il‑proċeduri parlamentari li jintużaw biex isir l‑iskrutinju ta’ proposti leġiżlattivi tal‑Unjoni Ewropea partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mal‑prinċipju tas‑sussidjarjetà.
Il‑President tal‑Kamra tad‑Deputati ta’ Malta,Michael Frendo spjega r‑raġuni taz-zjara lill‑Parlament Taljan fil‑laqgħa mal‑Onor. Gianfranco Fini, billi saħaq li filwaqt li “il‑Parlament Malti jibqa’ jgħożż l‑identità tiegħu bħala Parlament fit‑tradizzjoni tal‑Commonwealth, issa jrid ukoll, bħala Parlament ta’ Stat Membru tal‑Unjoni Ewropea, jieħu kont tal‑iżviluppi fil‑prattika parlamentari tal‑pajjiżi kontinentali Ewropej.”
L‑iSpeaker Fini u l‑iSpeaker Frendo qablu li jkunhemm parteċipazzjoni reċiproka fiċ‑ċelebrazzjonijiet li se jsiru f’Malta u fl‑Italja fl‑2011,  fejn f’Malta se jiġu kommemorati id‑90 sena mit‑twaqqif tal‑Parlament Malti filwaqt illi l-Italja ser tfakkar il‑150 sena mill‑Unifikazzjoni tal‑Italja.
Waqt dinl‑istess żjara, uffiċjali għolja mill‑Parlament Malti li kienu parti mid‑delegazzjoni tal‑iSpeaker Frendo kellhom numru ta’ laqgħat fuq livell tekniku ma’ uffiċjali parlamentari Taljani. Is‑Sur Ray Scicluna, Skrivan Assistent tal‑Kamra u s‑Sinjorina Eleanor Scerri, Research Officer mal‑Kumitat dwar l‑Affarijiet Barranin u Ewropej, iltaqgħu mal‑Viċi Segretarji Ġenerali Francesco Posteraro u Claudio Boccia, flimkien mal‑kapijiet tas‑servizzi dwar ir‑relazzjonijiet mal‑Unjoni Ewropea, dwar assistenza amministrattiva lill‑Membri Parlamentari, dwar is‑sigurtà, dwar l‑informatika u dwar il‑ġestjoni tal‑finanzi tal‑Parlament Taljan.
Is‑suġġetti li ġew diskussi kienu jinkludul‑prattiċi ta’ xogħol li qed jintużaw fil‑preżent fil‑Parlament Taljan biex jiġi eżaminat jekk abbozzi ta’ leġiżlazzjoni Ewropea humiex konformi mal‑prinċipju ta’ sussidjarjetà.  Punti oħra li tqajmu kienu jittrattaw is‑sistema tal‑votazzjoni elettronika; kif jiġi kontrollat l‑aċċess fiżiku fil‑bini tal‑Parlament; is‑servizzi li għandhom għad‑dispożizzjoni tagħhom il‑Membri Parlamentari Taljani, fosthom dawk ta’ informatika; ix‑xandir tad‑dibattiti ‑ kemm tal‑Kamra kif ukoll tal‑Kummissjonijiet ‑ fuq l‑Internet u t‑televiżjoni; u l‑finanzjament tal‑partiti.
Matuldawn il‑laqgħat intalbet informazzjoni wkoll dwar x’tip ta’ ftehim ta’ koperazzjoni għandu l‑Parlament Taljan ma’ parlamenti nazzjonali oħra bil‑għan li jinstabu opportunitajiet li jgħinu kemm lid‑Deputat Malti kif ukoll lill‑istaff tal‑Kamra fil‑qadi tar‑rwoli ġodda li għandu l‑Parlament illum.
L‑iSpeaker Frendo kien assistit ukollmill‑Ambaxxatur Gaetan Naudi, Konsulent Diplomatiku fl‑Uffiċċju tal‑iSpeaker u mill‑Ambaxxatur Residenti ta’ Malta għall‑Italja, Walter Balzan.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow