Left arrow Mur Lura

L-intraprenditur Malti kapaċi jikkompeti u jirbaħ

pr1683
Date Icon 17/09/2010
“L-Imprenditur Maltihuwa kapaċi jikkompeti ma’ l-aqwa imprendituri, fuq livell internazzjonali u jirbaħ.  Dan għax huwa mnebbaħ minn etika tax-xogħol eċċellenti, u għax il-Gvern joħloq l-ambjent ideali biex fih ikattar l-operat tiegħu.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi, waqt il-preżentazzjoni tal-premju għall-aqwa ħanut ta’ Carpisa mid-dinja kollha li ntrebaħ mill-operaturi ta’ Carpisa Malta.
Jason Azzopardi qal lil-premju li rebħet din l-SME Maltija, jixhed kemm l-imprenditur lokali  huwa kapaċi jdawwar l-isfidi f’opportunitajiet u anke fl-eqqel tal-agħar reċessjoni li laqtet l-ekonomija dinjija, jeċċellaw u jkabbru l-operat tagħhom.  Carpisa Malta rebħet il-premju għall-aqwa ħanut minn 560 ħanut, minn madwar id-dinja kollha.
Dan il-premju prestiġjużjiġi fil-mument meta din il-kumpanija qed tħabbar tkabbir b’investiment sostanzjali għas-sena d-dieħla. Is-Segretarju Parlamentari kompla li dan huwa rifless fil-passi ambizzjużi li din il-kumpanija ser twettaq fix-xhur li ġejjin, fejn ser tagħmel investiment ta’ €3 miljun f’ħanut ġdid ta’ 420 metru kwadru, fuq ħames sulari, fiċ-ċentru kummerċjali f’tas-Sliema.
Huwa saħaq li dan l-investiment,li ser ikun maqsuma fi spazju kummerċjali, uffiċini u mħażen, din l-SME qed tagħmlu frott il-fiduċja li għandha fis-suq, kif ukoll b’riżultat tal-miżuri u nċentivi li l-Gvern stabbilixxa għas-settur.  Fost dawn hemm il-Microinvest li tagħti kreditu fit-taxxa ta’ 40% fuq l-investiment li jsir fin-negozji micro, u għalhekk tinkoraġġixxi l-investiment.
Dan l-investiment li sertagħmel din il-kumpanija ser jippermettilha li żżid in-numru ta’ impjegati li tħaddem minn 3 għal 9.  Għalhekk din l-SME hija konferma tal-politika għaqlija tal-Gvern li joħloq il-klima ideali li fiha l-imprendituri tagħna jimirħu u jagħmlu l-investiment.  Dan l-investiment b’hekk iġib ix-xogħol.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow