STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI
pr1681
16/09/2010
| B’reazzjoni | għall-istqarrija tal-Onor Joe Sammut. |
| Bl-istqarrija tiegħu | tal-lum, id-Deputat tal-Oppożizzjoni Joe Sammut reġa’ kkonferma kemm għalih l-uniku ħaġa mportanti hi li jżeffen politika partiġġjana anke fuq proġett intiż biex itejjeb il-faċilitajiet offruti lis-sajjieda. |
| Il-faċilitajiet li | jitkellem fuqhom Sammut huma faċilitajiet intiżi biex is-sajjieda li jużaw Marsaxlokk ikollhom post adekwat fejn iniżżlu u jaħżnu l-ħut tagħhom. Kif indikat mill-istqarrija nfisha, dawn huma faċilitajiet fundamentali għas-sajjieda u jwasslu biex is-sajjieda jtejbu l-kompettivita’ tagħhom. |
| Din il-faċilita’ hija | biss waħda minn kullana ta’ inizjattiva li qed ifissal id-Dipartiment tas-Sajd biex Marsaxlokk jitjieb u dan jinkludu tħammil ta’ qigħ il-baħar, bini ta’ breakwaters ġodda li lkoll se jikkumplimentaw l-investiment li ġa sar f’faċilitajiet bħalma huma l-hardstanding. |
| It-trasferiment | tal-pixkerija mill-Belt kienet deċiżjoni meħuda fl-aħjar interess tal-pajjiż. Fil-pixkerija l-ġdida, li se tkun iffinanzjata minn fondi Ewropej, ser isiru faċilitajiet mill-aqwa li llum ma jinstabux fil-pixkerija eżistenti. |
| Madanakollu, l-Gvern | jibqa’ dispost li jisma’ u jikkonsulta, anke fuq din il-faċilita’ u lest li jikkunsidra siti alternattivi oħrajn. Dan hu wkoll parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni li jsir f’kull proċess ta’ applikazzjoni mal-MEPA għall- proġett. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990