Left arrow Mur Lura

Id-Dipartiment għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni jipparteċipa fi stħarriġ dwar is-suq Ewropew

pr1679
Date Icon 16/09/2010
Fl-2009 u fl-2010,id-Direttorat għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan id-Dipartiment għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni stħarreġ 10 siti elettroniċi li jbiegħu tagħmir elettroniku fuq l-internet, kif ukoll sitt siti oħra li jbiegħu biljetti għal avvenimenti sportivi u kulturali on-line. L-istħarriġ sar bħala parti minn eżerċizzju usa’ li sar madwar l-Ewropa kollha. Tlieta mill-każijiet tal-2009 għadhom pendenti. Wieħed minn dawn jinvolvi sit elettroniku Malti. L-istħarriġ dwar il-każijiet tal-2010 għadu għaddej.
Dettalji dwar iż-żewġeżerċizzji Sweep li saru fl-2009 u fl-2010 ngħataw mill-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u għall-Politika dwar il-Konsumatur John Dalli waqt konferenza tal-aħbarijiet fi Brussell.
L-iSweep hiazzjoni ta’ investigazzjoni u  infurzar imwettqa mill-Unjoni Ewropeja sabiex tivverifika li l-liġijiet tal-konsumatur qed jiġu mħarsa.  L-azzjoni tinvolvi t-twettiq ta’ studju koordinat fuq settur partikulari sabiex ikun assigurat jekk id-drittijiet tal-konsumatur humiex qiegħdin jiġu imxellfa jew miċħuda.
Ġaladarba danl-eżerċizzju jkun lest, l-awtoritjiet nazzjonali jsegwu r-riżultati ta’ dan l-istudju billi  javviċinaw l-kumpaniji li jkunu qed jiksru l-liġi fejn jiġu mitluba sabiex jirregolarizzaw ruħhom skont dak kollu mitlub mil-liġi.  Passi legali jittieħdu kontra dawk il-kumpaniji li jkunu qed jiksru l-liġi Ewropeja tal-konsumatur.  Permezz ta’ dan l-eżerċizzju, l-infurzar tal-liġijiet tal-konsumatur qed jiġi dejjem aktar imsaħħah.
Matul l-eżerċizzjutal-iSweep, l-awtoritajiet kompetenti f’kull stat membru jimxu fuq check list ta’ irregolaritajiet fejn eventwalment dawn jieħdu passi kontra dawk li jkunu qed jiksru l-liġi  sabiex jirregolarizzaw ruħhom u multi jiġu imposti skont u kif meħtieġ.
Dettajlidwar l-iSweep tal-2009
Fl-2009, is-Sweepfuq l-internet saret bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Ewropeja u l-Consumer Protection Co-operation Network (CPC). Il-mira ta’ dan l-eżerċizzju kienet fuq siti li jbiegħu prodotti elettroniċi u bħalissa l-proċess jinstab fl-istadju tal-infurzar. Mit-369 sit li ġew iċċekjati, 311-il sit (84%) ġew konformi mal-liġijiet tal-Konsumatur ta’ l-Unjoni Ewropeja li jikkompara tajjeb ħafna mall-163 sit (44%) li kienu konformi f’Mejju 2009. Għat-58 każ l-oħra, l-infurzar għadu għaddej kemm mill-awtoritajiet tal-infurzar nazzjonali permezz ta’ ko-operazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ l-infurzar fil-pajjiżi differenti ta’ l-Unjoni Ewropeja jew ta’ l-EEA skont il-każ partikolari.
Bħalissa, id-Direttoratgħall-Affarijiet tal-Konsumatur fid-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni qed jaħdem fuq tliet każijiet dwar l-iSweep fuq prodotti  elettroniċi. Waqt dan l-eżerċizzju nstab li kummerċjant Malti kien qed jikser il-liġi tal-konsumatur u ġie kkuntattjat sabiex jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu. Wara li ġie notifikat b’żewġ ittri, dan il-kummerċjant ikkonferma mad-Direttorat li qiegħed jieħu l-passi neċessarji sabiex jirregolarizza s-sit tiegħu. Id-Direttorat għall-Affarijiet tal-Konsumatur ser jibqa jsegwi lil dan il-kummerċjant sabiex jiġi assigurat li  dan ser jimxi skont l-istruzzjonijiet li ngħatawlu.
Fil-każ taż-żewġkażijiet l-oħra li huma cross-border, id-Direttorat għall Affarijiet tal-Konsumatur għamel talba permezz tas-sistema Consumer Protection Co-operation System (CPCS) sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż fejn huma bbażati dawn il-kummerċjanti jieħdu l-passi meħtieġa. Malta għada tistenna informazzjoni dwar x’azzjoni ttieħdet minn dawn l-awtoritajiet u f’każ li ma jkolliex risposta, dawn ser jiġu kkuntattjati direttament.
Dettaljidwar l-iSweep tal-2010
Fl-2009 madwar 35%tal-konsumaturi ta’ l-Unjoni Ewropeja li huma xerrejja regolari ta’ prodotti u servizzi minn fuq l-internet, xtraw biljetti għall-avvenimenti kulturali u sportivi.  Rapport taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur (ECCs) juri li 30% tal-ilmenti dwar ix-xiri minn fuq l-internet kienu fuq xiri ta’ servizzi ta’ rikreazzjoni u kulturali.  Dan ir-riżultat instiga l-Consumer Protection Co-operation Network (CPC) biex jagħżel dan is-settur għall-eżerċizzju tas-Sweep 2010.
27 stat membrutal-Unjoni Ewropeja flimkien man-Norveġja u l-Iżlanda ħadu sehem fi Sweep fejn ġew investigati siti li jbiegħu biljetti għall-attivitajiet kulturali u sportivi. Dan l-eżerċizzju għal darba oħra ġie ikkoordinat mill-Kummissjoni Ewropeja u sar bejn il-31 ta’ Mejju u l-4 ta’ Ġunju 2010 mill-awtoritajiet rispettivi ta’ kull pajjiż.
Minn 410 sit li ġewiċċekkjati, 244 ġew identifikati li għandhom bżonn aktar investigazzjoni sabiex jiġi vverifikat jekk humiex qed jiksru l-liġijiet tal-konsumatur ta’ l-Unjoni Ewropeja. 188 każ kienu każijiet tal-pajjiżi rispettivi, filwaqt li 59 kienu cross-border. Dawn il-każijiet ser jiġu nvestigati aktar fid-dettal mill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar.
F’Malta, l-isweepsaret mid-Direttorat għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan id-Dipartiment  tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni. Sitt siti li jbiegħu biljetti għal dawn l-avvenimenti ġew iċċekkjat għal dan li ġej:

·        Informazzjoni dwar il-kummerċjant li tinkludi l-indirizz ġeografiku u dak tal-email;

·        Informazzjoni ċara u li tinftiehem dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-prodott;

·        Informazzjoni ċara dwar il-prezz totali;

·        Informazzjoni dwar metodi ta’ ħlas u l-arranġamenti tal-kunsinna;

·        Prattiċi qarrieqa u

·        Termini u kundizzjonijiet mhux ġusti.

Wara li jsir l-istħarriġ inizjali, l-awtoritajiet ta’ l-infurzar nazzjonali jikkuntattjaw il-kummerċjanti li jkunu responsabbli għas-siti li ma jkunux skont il-liġi fejn jingħataw struzzjonijiet sabiex jirregolarizzaw ruħhom inkella jittieħdu passi legali kontrihom. Għal każijiet cross border il-fażi ta’ l-infurzar tirrikjedi li l-awtoritajiet ta’ l-infurzar ta’ pajjiżi oħra jgħinu fl-investigazzjonijiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow