Left arrow Go Back

Ħidma fuq żewġ proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea f’Għawdex

pr1678
Date Icon 16/09/2010
“Jinsabu għaddejjin b’ritmu tajjeb ix-xogħlijiet fuqil-proġett tar-ristrutturar tat-Taqsima tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex (Ritratt 01, 02) kif ukoll fuq dak ta’ titjib estensiv fil-ġnien Villa Rundle ġewwa l-belt Victoria (Ritratt 03 – 06) - żewġ proġetti li 85% tagħhom se jiġu kofinanzjati mill-Fond Ewropew għal Żvilupp Reġjonali taħt il-programm ta’ Politika ta’ Koeżjoni 2007 - 2013. Dawn il-proġetti se jkomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-poplu Għawdxi u ta’ dawk kollha li f’xi żmien jew ieħor iżuru l-gżira, ankè fir-rigward ta’ dak li hu l-pjan ta’ azzjoni fir-rigward tal-viżjoni eko-Għawdex.”
Dan qalitu l-Ministrugħal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono fil-kummenti tagħha dwar ix-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fuq dawn il-proġetti, hekk kif din il-ġimgħa wasal minn barra parti mill-makkinarju, li fil-ġimgħat li ġejjin ser jibda jiġi nstallat fit-Taqsima tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Ix-xogħol fuq din it-taqsima jinsab fi stadju avvanzat. Il-makkinarju li wasal huwa dak tad-Digital Mammography, l-Ultrasound Unit, u l-iskeletal X-ray unit.
Fil-ġimgħat li ġejjinmistenni jasal il-bqija tal-makkinarju, dak tas-CT Scan u l-Fluoroscopy. Il-Ministru Debono qalet li permezz ta’ dan l-apparat il-ġdid ser jiġu offruti servizzi ġodda fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li se jnaqqsu l-inkonvenjenzi tal-pazjenti Għawdxin u l-familjari tagħhom li sa issa qed ikollhom imorru Malta biex jagħmu użu minn dawn is-servizzi fl-Isptar Mater Dei. Hija spjegat li dan ser isaħħaħ is-servizz tas-saħħa f’Għawdex għall-benefiċċju tal-pazjenti Għawdxin kif ukoll ta’ dawk li jkunu Għawdex. Dan il-proġett jinkludi wkoll ir-ristrutturar tat-tieni sala ta’ l-operazzjonijiet.
Proġett importanti ieħorhuwa dak ta’ titjib estensiv fil-ġnien Villa Rundle, li qed isir b’investiment ta’ madwar €2.5 miljun. Permezz ta’ ristrutturar u xogħol ta’ tisbiħ ieħor, dawn il-ġonna ser isiru aktar attraenti u aktar aċċessibbli filwaqt li ser isaħħu l-infrastruttura fil-qasam ta’ l-iżvilupp kulturali. Dan il-proġett jinkludi żona ta’ rikreazzjoni għat-tfal, ċentru tal-viżitaturi, palk fejn ikunu jistgħu jiġu organizzati attivitajiet kulturali fl-apert, sistema ta’ dawl u irrigazzjoni ġdida kif ukoll bankijiet u faċilitajiet anċillari ġodda li jikkumplimentaw id-dehra ġdida li ser tingħata lil dawn il-ġonna storiċi. Kemm ilu li beda x-xogħol, matul l-aħħar xahrejn, sar skavar għall-ġibjun ta’ l-ilma fejn hu maħsub li jkun jista’ jinħażen l-ilma tax-xita għall-użu fl-istess ġonna. Barraminhekk twaqqa’ l-bini fejn kien hemm l-uffiċini kif ukoll strutturi oħra u ġie maqlugħ ukoll il-konkrit tal-passaġġi sabiex ikun jista’ jsir pavimentar ġdid. Bħalissa jinsab għaddej ix-xogħol fuq l-istess passaġġi, qed jiġu nstallati servizzi ġodda fosthom is-sistema biex tilqa’ għall-ilma tax-xita, u beda wkoll il-bini ta’ uffiċini ġodda.
Proġetti oħra f’Għawdexli qegħdin isiru b’kofinanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jinkludu l-bini mill-ġdid ta’ parti mit-triq tax-Xlendi u parti mit-Triq ta’ Pinu, li jfissru 2.5 kilometri ta’ toroq.
Ix-xogħol fuq it-Triqta’ Pinu jinsab fi stadju avvanzat, filwaqt li x-xogħol fuq it-Triq tax-Xlendi jinsab għaddej b’ritmu tajjeb u mistenni jitlesta fiż-żmien stipulat.
Matulix-xhur li għaddew, tlesta wkoll il-bini mill-ġdid ta’ parti mit-triq li twassal mill-Imġarr għax-Xewkija, proġett li kien kofinanzjat mill-fondi ta’ koeżjoni; kif ukoll il-Masterplan taċ-Ċittadella li kien kofinanzjat mill-Mekkaniżmi Finanzjarji għaż-Żona Ekonomika Ewropea bil-parteċipazzjoni tan-Norveġja, l-Islanda u Liechtenstein.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow