Parteċipazzjoni qawwija f’konferenza internazzjonali fil-gżira Għawdxija
pr1677
16/09/2010
| Dikjarazzjoni qawwija favur kwalita’ u stil ta’ | ħajja aħjar mingħajr l-użu u t-teħid ta’ drogi hi mistennija waqt il-konferenza annwali tal-ECAD (European Cities Against Drugs) li se ssir f’Għawdex aktar tard dan ix-xahar. |
| It-tema | tal-konferenza, li se ssir fil-lukanda Kempinski San Lawrenz bejn it-22 u l-24 ta’ Settembru li ġej, hi ‘Empowering Our Citizens to Live Healthier Lifestyles’. Din qed tkun organizzata mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali u mill-Kunsill Lokali ta’ Pembroke. |
| Waqt | konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari Chris Said u mis-Sindku ta’ Pembroke, Joe Zammit, intqal li fil-konferenza mistennija jkunu diskussi inizjattivi u programmi sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni fil-ġlieda kontra l-abbuż mid-droga. Fost il-kelliema se jkun hemm rappreżentanti ta’ Sedqa, Oasi, Caritas, u tal-Korp tal-Pulizija. |
| Għall-konferenza mistennija jattendu madwar 200 | delegat barrani. Il-Kunsilli Lokali Maltin u Għawdxin kienu mistiedna jibagħtu rappreżentant tagħhom ukoll u qed ikunu mħeġġa jissieħbu fl-ECAD. |
| Din | l-organizzazzjoni taħdem biex tnaqqas l-abbuż mid-droga madwar l-Ewropa. 265 belt minn madwar 30 pajjiż Ewropew huma membri tal-ECAD. S’issa huma 11-il Kunsill Lokali Maltin, fosthom Pembroke, li huma membri tal-ECAD. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said awgura li din | il-konferenza tilħaq l-għan prinċipali tagħha. Hu awgura wkoll li l-konferenza tgħin biex tiftaħ opportunitajiet ġodda għall-organizzazzjoni ta’ konferenzi internazzjonali fil-gżira Għawdxija. |
| Oriġinarjament din il-konferenza kellha ssir | f’Għawdex f’April li għadda iżda tħassret fl-aħħar minuta minħabba l-problemi fit-traffiku tal-ajru kkawżati mill-irmied li ħareġ minn vulkan fl-Iżlanda. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990