Appell biex nużaw inqas il-karrozzi privati
pr1676
16/09/2010
| F’Malta | hawn 301,605 vetturi liċenzjati li 230,379 huma karrozzi privati. Din hi waħda mill-ikbar konċentrazzjonijiet ta’ vetturi fid-dinja bħala perċentwali tal-popolazzjoni. Iffisser ukoll li f’Malta hawn madwar seba’ vetturi għal kull 10 persuni f’pajjiżna. |
| L-età | medja tal-vetturi f’Malta fis-snin reċenti tjiebet, anki jekk 33 fil-mija tal-vetturi għandhom iktar minn 10 snin. Hemm imbagħad 41 fil-mija li għandhom bejn 6 u 10 snin. Dawn il-vetturi kollha jitilqu d-dħaħen u kollha jikkontribwixxu lejn il-problema tat-tibdil fil-klima. |
| Is-settur tat-trasport hu responsabbli għal 17.5 | fil-mija tal-emissjonijiet kollha tan-‘national greenhouse gas’. Dawn jiġu biss wara l-ġenerazzjoni tal-elettriku li qiegħdha fl-ewwel post ta’ emmissjonijiet. |
| Hekk kif | kull min juża’ l-vetturi hu responsabbli għall-problema tat-tibdil fil-klima kulħadd għandu jikkontribwixxi lejn miżuri biex nillimitaw din il-problema. Il-ftit ta’ kulħadd miġbur flimkien jikkontribwixxi lejn il-ħafna. |
| It-22 | ta’ Settembru hu International Car Free Day. F’dan il-jum il-poplu Malti qed jiġi mħeġġeġ biex jikkontribwixxi lejn ambjent aħjar b’inqas tniġġis mill-emmissjonjiet tal-vetturi. |
| Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent | u l-Kultura qed jappella lill-ħaddiema kollha tal-Gvern b’mod partikolari, u lill-bqija tal-poplu b’mod ġenerali, biex dakinhar jużaw mezzi oħra ta’ trasport li m’humiex il-vetturi privati. |
Nappellaw biex
· Kull min ikun dieħel il-belt Valletta u l-Furjana juża t-trasport pubbliku;
· Li fejn hu possibbli isir ‘pooling’ biex aktar minn persuna waħda jagħmlu użu mill-istess vettura,
· Jintużaw mezzi alternattivi bħar-rota biex naslu sal-post tax-xogħol;
· Nagħmlu iktar użu tal-‘park and ride’;
· Min m’għandux bogħod għal post tax-xogħol jimxiha.
Dawn il-miżuri, u oħrajn, m’hemmx dubbju li jikkontribwixxu biex innaqsu t-tniġġis mill-karbonju fl-arja. U biex ngħixu f’ambjent aħjar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990