Left arrow Mur Lura

KARNIVAL TA’ MALTA  2011- ĦRUĠ TA' KONKORSI

pr1672
Date Icon 15/09/2010
Il-KunsillMalti għall-Kultura u l-Arti jħabbar li l-Karnival 2011 se jiġi ċċelebrat bejn l-4 u t-8 ta’ Marzu, 2011
Għall-edizzjoni ta’ dan il-Karnival qed jiġu mnedijadawn il-konkorsi:-
Konkors Nru 1   Karrijiet Trijonfali  -Kategorija"A" – konkors kompetittiv. *

L-Ewwel Premju€2,620
It-Tieni Premju€2,290
It-Tielet Premju€2,155
Konkors Nru 2   Karrijiet Trijonfali  -Kategorija"B" – konkors kompetittiv *

L-Ewwel Premju€ 2,320
It-Tieni Premju€ 2,085
It-Tielet Premju€ 1,795
Konkors Nru 3   Karrijiet Trijonfali - Sezzjoni “C”– konkors kompetittiv * .

L-ewwel Premju€1,840
It-Tieni Premju€1,680
It-Tielet Premju€1,490

Konkors Nru 4    Maskri Grotteski

(jiġu aċċettati sa massimu ta’ 4 entraturi)

L-Ewwel Premju€ 1,250
It-Tieni Premju€ 1,200
It-TieletPremju                        € 1,100
*Il-premjujinkludu s-sussidju tar-reffiegħa u t-transport ta’ l-istess maskaruni

Konkors Nru 5   Maskarun Iżolati

(in-numru ta’ entraturi jiġi stabbilit skondil-ħtieġa ta’ l-organizazzjoni)
Il-Konkors mhux kompetittiv iżda, f’tali każ li minjipparteċipa jonora l-ftehim u jipparteċipa skond kif miftiehem u josserva r-regolamenti u dak mitlub mill-organizzazzjoni jingħata kumpens globali li jista’ jlaħħaq is-somma ta’ € 300. Il-qisien tal-maskarun iżolat ikun mhux anqas minn 2 metri (6.5pied) wiesa’ u mhux anqas minn 2.5 metri (8 piedi) għoli jekk mhux miftiehem differenti ma’ l-organizzazzjoni.  Maskarun iżolat jista jitmexxa fuq ir-roti.
Konkors Nru 6  Kumpanija bil-kostum (tfal)  fuqkarru  dekorat. - Kateġorija "C"

F’danil-konkors l-applikant jista’ jagħzel li jieħu sehem b’karru li għalih hemm kompetizzjoni separata li ma tifformax parti mir-rebħ tal-konkors
(jiġu aċċettati sa massimu ta’4 entraturi)*

KOSTUMŻIFNA                         KARRU
L-Ewwel Premju€1,505                         € 840                           € 1,715
It-TieniPremju                         €1,330                         € 605                           € 1,590
It-TieletPremju                        €1,210                         € 585                           € 1,455

Konkors Nru 7 - Kumpanija Sezzjoni B.  

F’dinis-sezzjoni l-applikant jista’ japplika biex jiġi kkunsidrat biex jippreżenta karrella. Ma jingħatax sussisdju/ ħlas għal karrella għajr € 175 bħala għajnuna għall-ispejjeż tat-tractor.  Applikant irid jipprovdi trailer (double wheel) minn naħa tiegħu u josserva n-noti addizzjonali dwar il-karrelli hawn taħt.
(jigu aċċettati sa massimu ta’6 entraturi)

KOSTUM                   ŻIFNA

L-Ewwel Premju                      €1,910                         € 965  

It-Tieni Premju             €1,560                         € 850

It-Tielet Premju                        €1,385                         € 755

Konkors Nru 8  Kumpanija Koppji bil-Kostum fuq KarruDekorat - Kategorija A
(jiġu aċċettati sa massimu ta’4 entraturi*)

                                                KOSTUM                   KARRU                       ŻIFNA

L-Ewwel Premju                      €2,320                         €2,180                         €1,085

It-Tieni Premju                         €2,085                         €1,945                         €965   

It-Tielet Premju                        €1,850                         €1,715                         €850  

* Fil-konkorsi kollha mhux se jigu aċċettati mhux aktar minn 20 karru li jkopri s-sezzjonijiet tal-karrijiet trijonfali u l-karrijiet tal-kumpaniji C u A.

Sussidji oħra

Il-Karrijiet Trijonfali Sezzjoni A , B  u Karrijiet tal-Kumapija Sezzjoni “A” u “C”

€175 lil kull parteċipant biex jipprovdi tractor meħtieġ. 

€200 għal dak il-parteċipant li jipprovdi trailer meħtieġ.

Jingħata servizz  limitat ta’ crane u cherry picker f’St. Iermu filwaqt li parteċipanti bil-karrijiet mhux armati f’St. Iermu jingħataw sa mhux aktar minn €115 sussidju għal kiri ta’ inġenji bżonnjuzi fl-armar u ż-żarmar tal-karru fejn il-każ ikun meħtieġ u ġustifikat. Jingħata wkoll għajnuna ta’ € 75 sabiex tagħmel tajjeb għal provista ta’ żiemel biex jinġarru lejn u lura l-karrijiet li jinħadmu aktar il-bogħod mill-Floriana. Dan isir bi ftehim bil-miktub minn qabel ma’ l-Uffiċċju.

Maskaruni

Is-sussidju tar-reffiegħa u tal-ġarr tal-maskaruni huma inklużi fil-premju rispettiv.


Karella

Jekk applikant b’kumpanija B jiġi aċċettat li jieħu sehem b’karella jista jingħata sussidju ta’ €175.

Tagħrif Ġenerali

·                    L-applikanti  li jiġu aċċetati biex jieħdu sehem f’dawn il-korkorsi  jieħdu 50% tat-tielet premju tal-konkors partikolari qabel il-karnival u 10%  ta’ l-istess premju wara l-parteċipazzjoni ta’ l-entratura (item) fil-Karnival (jekk il-livell mistenni jkun intlaħaq).  Dan il-ħlas bil-quddiem jiġi mnaqqas mill-premju fil-każ tar-rebbieħa.

·                    Il-massimu ta’ l-entraturi fil-konkorsi jkunu kif jidher hawn :- Karrijiet Trijonfali A, B u C flimkien ma’ Kumpanija C u A – mhux aktar minn għoxrin mifruxa b’mod bilċanjat fil-konkorsi rispettivi; Kumpaniji B mhux aktar minn sitta u settijiet tal-maskaruni mhux aktar minn erbgħa.

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu fl-Uffiċċju tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, 230 “Casa Gaspe”, Triq ir-Repubblika, Valletta  sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Ottubru, 2010.  Aktar dettalji u regolamenti marbuta ma’ dawn il-konkorsi jistgħu wkoll jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti jew b’talba b’email fl-indirizz elettroniku anton.miceli@maltaculture.com

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow