42 ANZJAN MIR-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAUL SE JIPPARTEĊIPAW F’MARATONA TAS-SAJD
pr1669
15/09/2010
| Bl-iskop li jkunu ta’ | għajnuna għall-organizazzjoni Puttinu Cares, grupp imdaqqas ta’ anzjani li joqgħodu fir-Residenza San Vinċenz De Paul se jagħtu sehemhom f’Maratona tas-Sajd li ser issir il-Ħadd li ġej. |
| Hekk kif semgħu | bil-Maratona, numru ta’ anzjani wrew l-interess tagħhom li jipparteċipaw, u b’hekk ikunu wkoll ta’ għajnuna prattika lis-soċjeta’. Għalhekk is-sezzjoni tal-Entertainment fi ħdan l-istess residenza, għamlet il-kuntatti kollha neċessarji biex dan seta’ jsir. |
| Għall-attivita’ l-anzjani | organizzaw rwieħom sew, u tqassmu f’ħames gruppi ta’ seba’ persuni kull wieħed, bi grupp ieħor li se jkun fuq stand-by, f’każ li xi ħadd jgħejja jew ikun ma jiflaħx. |
| L-iskop tal-Maratona, | li qed tiġi organizzata mill Blue Sea Angling Club, huwa dak li jinkiser ir-rekord dinji tal-akbar numru ta’ nies jistadu flimkien għal erba’ siegħat, filwaqt li jinġabru fondi b’risq l-organizzazzjoni Puttinu Cares. |
| Il-Maratona ser issir | il-Ħadd li ġej bejn 12:00hrs u 16:00hrs f’Marsaskala. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990