Left arrow Mur Lura

IPPUBBLIKATA S-SEJĦA GĦALL-INTERESS GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-FONDI TAL-ISKEMA TA’ MICRO-CREDIT GĦAN-NEGOZI Ż-ŻGĦAR

pr1667
Date Icon 14/09/2010
Il-Fond Ewropew għall-Investiment (EIF) illumippubblika sejħa għall-interess għall-intermedjarji finanzjarji li se jkunu qed jingħataw il-fondi mill-istess Fond bl-għan li jintużaw għall-iskema ta’ micro-credit għan-negozji ż-żgħar, kif imħabbra fil-baġit għal din is-sena.
Dan qed isir fil-kuntest tal-Programm JEREMIE, lihuwa inizjattiva konġunta tal-Kummissjoni Ewropea u l-EIF u għandu l-għan li jiffaċilita l-aċċess għall-finanzi għall-intrapriżi żgħar u medji. Din hija fażi oħra tal-proċess li nbeda bl-iffirmar tal-ftehim bejn il-Ministru fal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment l-Onor. Tonio Fenech u ċ-Chief Excutive tal-Fond, is-Sur Richard Pelly aktar kmieni din is-sena.
Hekk kif jintemm danil-proċess meħtieġ mill-Fond Ewropew għall-Investiment, tkun tista’ titnieda din l-iskema li se sservi ta’ inċentiv importanti ieħor għall-intrapriża ż-żgħira f’pajjiżna li tingħaqad ma’ inizjattiva oħra importanti mnedija din is-sena, dik ta’ tax credits fejn SMEs jistgħu jgawdu 40% ta’ tnaqqis mit-taxxa fuq investiment f’makkinarju u teknoloġija, restawr u modernizzar tal-faċilitajiet tagħhom u impjiegi ġodda.

Aktar informazzjoni dwar is-suġġett hija disponibbli fuq:
http://www.eif.org/what_we_do/jeremie/calls-for-expression-of-interest/2010_Call_EOI_JEREMIE_Malta_JER-011_1.htm

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow