IPPUBBLIKATA S-SEJĦA GĦALL-INTERESS GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-FONDI TAL-ISKEMA TA’ MICRO-CREDIT GĦAN-NEGOZI Ż-ŻGĦAR
pr1667
14/09/2010
| Il-Fond Ewropew għall-Investiment (EIF) illum | ippubblika sejħa għall-interess għall-intermedjarji finanzjarji li se jkunu qed jingħataw il-fondi mill-istess Fond bl-għan li jintużaw għall-iskema ta’ micro-credit għan-negozji ż-żgħar, kif imħabbra fil-baġit għal din is-sena. |
| Dan qed isir fil-kuntest tal-Programm JEREMIE, li | huwa inizjattiva konġunta tal-Kummissjoni Ewropea u l-EIF u għandu l-għan li jiffaċilita l-aċċess għall-finanzi għall-intrapriżi żgħar u medji. Din hija fażi oħra tal-proċess li nbeda bl-iffirmar tal-ftehim bejn il-Ministru fal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment l-Onor. Tonio Fenech u ċ-Chief Excutive tal-Fond, is-Sur Richard Pelly aktar kmieni din is-sena. |
| Hekk kif jintemm dan | il-proċess meħtieġ mill-Fond Ewropew għall-Investiment, tkun tista’ titnieda din l-iskema li se sservi ta’ inċentiv importanti ieħor għall-intrapriża ż-żgħira f’pajjiżna li tingħaqad ma’ inizjattiva oħra importanti mnedija din is-sena, dik ta’ tax credits fejn SMEs jistgħu jgawdu 40% ta’ tnaqqis mit-taxxa fuq investiment f’makkinarju u teknoloġija, restawr u modernizzar tal-faċilitajiet tagħhom u impjiegi ġodda. |
Aktar informazzjoni dwar is-suġġett hija disponibbli fuq:
http://www.eif.org/what_we_do/jeremie/calls-for-expression-of-interest/2010_Call_EOI_JEREMIE_Malta_JER-011_1.htm
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990