Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITà

pr1666
Date Icon 14/09/2010
Illum, il-Union tal-Infermiera ul-Qwiebel (MUMN) informat lid-Divizjoni tas-Saħħa li l-Union  kienet qed temenda d-direttiva dwar it-tqassim tal-medicini fis-swali.
Il-Gvern japprezza dan il-pass u jqisli dan huwa fid-direzzjoni t-tajba.
Madankollu, il-Gvern iħeġġeġlill-Union sabiex twaqqaf id-direttivi kollha li qed ikunu ta’ dannu għall-morda, inkluż id-direttiva li ma jiġbrux il-medicini perikolużi mill-ispiżeriji tal-isptarijiet ħalli jitwasslu lill-pazjenti fis-swali. Jeżistu policies interni tad-dipartiment u liġijiet li jirregolaw it tqassim ta’ mediċini perikoluzi u l- methadone li jistipulaw li ħadd ma jista’ jiġbor u jqassam dawn il-mediċini ħlief in-nurses u l-ispiżjara.  Il-Gvern qatt ma jista’ jaċċetta li l-pazjenti u n-nies vulnerabbli jsofru.  Għalhekk il-Gvern jerga’ jħeġġeġ lill-Union tan-nurses sabiex twaqqaf id-direttivi li jfissru tbatija lill-morda ħalli jkomplu d-diskussjonijiet bil-għan li s-servizzi tas-saħħa jkomplu jitjiebu anke permezz ta’ żvilupp fit-taħriġ għan-nurses.
Fi żvilupp ieħor, il-Ministru JoeCassar u s-Segretarju Parlamentari Mario Galea, ikkuntattjaw lis-Sur Paul De Raeve, is-Segretarju Generali ta’ l-European Federation of Nurses (EFN), fejn stiednuh jiġi Malta ħalli jara b’għajnejh is-sitwazzjoni u jagħraf l-ineżattezzi li twasslulu.  Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tas-Sahha, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, Dr Kenneth Grech, kiteb  ittra (kopja annessa ma’ din l-istqarrija) dwar l-informazzjoni ineżatta u skoretta li kien hemm fl-istqarrija tal-EFN.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow