Left arrow Mur Lura

Diskors mill-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, waqt il-Ftuħ taċ-Ċentru għall-Ħarsien tat-Tfal: IL-BEJTA - Skola Primarja Bormla - 14 ta’ Settembru 2010

pr1662
Date Icon 14/09/2010
Il-lum hi ġurnataspeċjali għal żewġ raġunijiet.  L-ewwelnett għax qed iniżidu Ċentru ieħor għall-Ħarsien tat-Tfal fix-xibka ta’ ċentri li issa għandna mferrxin ma’ Malta.  Dan hu t-tieni ċentru f’Bormla u rrid infakkar li x-xahar li għadda ftaħna ċentru bħalu fis-Siġġiewi u x-xahar id-dieħel niftħu ieħor fl-iskola l-primarja l-ġdida ta’ Pembroke.
Iżda forsi aktarimportanti minn hekk hu l-fatt li dan iċ-Ċentru se jkompli jsaħħaħ il-programm li s-sena l-oħra fassalna u bdejna nimplimentaw għal din il-lokalita’ partikolari, fi sforz biex nagħtu servizz aktar b’saħħtu u nindirizzaw problemi li kienu qed jinkwetaw lilna l-edikaturi, il-ġenituri u l-komunita’ kollha kemm hi.
Il-ftuħ ta’ daniċ-Ċentru hu parti mill-Pjan ta’ Azzjoni għal tiġdid edukattiv f’din l-iskola li bl-għajnuna u l-kooperazzjoni ta’ kulħadd, b’sodisfazzjon ngħid li diġa’ beda jagħti riżultati konkreti.
Dan il-Pjan ta’ Azzjoniġie mħejji fl-2009 bi sħab bejn numru ta’ stakeholders importanti; l-iskola, il-Kulleġġ Santa Margerita, id-Direttorati tal-Edukazzjoni, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja, l-Aġenzija Appoġġ, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi u l-Kunsill Lokali ta’ Bormla.
Fis-senaskolastika li għaddiet beda jitwettaq dan il-pjan u bdew ikunu mplimentati aspetti importanti minnu.  Din il-ħidma se tkompli tul is-sena skolastika li tibda lejn tmiem dan ix-xahar.
Xitwettaq s’issa minn dan il-Pjan:

1.      Il-ftuħ ta’ Day Care Centre

Il-lum, il-ftuħ ta’ dan id-Day Care Centre immexxi mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi ifisser li din l-iskola issa se tibda toffri servizz integrat mill-eta’ bikrija ta’ qabel il-kindergarten lill-komunita’ ta’ Bormla u tal-madwar.

2.      It-Twaqif ta’ Nurture Group/Learning Support Zone.

Dan hu mmexxi minn għalliem kwalifikat bl-għajnuna ta’ Learning Support assistant. Fis-sena skolastika li għaddiet 20 student ibeniffikaw b’mod regolari u konsistenti mis-servizz tan-Nurture Zone filwaqt li 10 studenti oħra bbenefikaw mis-sapport skont il-bżonn.

3.      Classroom Assistants

Matul is-sena skolastika 2009/2010,  tliet  Learning Support Assistant ħadmu bħala Classroom Assistants billi taw support lill-għalliema u-l-istudenti kollha ta’ tliet klassijiet fis-snin bikrija. B’hekk ibbenifkaw 65 student. Mis-sena skolastika li jmiss huwa ppjanat li n-numru ta’ Classroom Assistants jiżdied għal sitta u b’hekk huwa ppjanat li jibbenefikaw 94 student.

4.      HW Clubs

Fl-iskola twaqqfu żewġ Homework Clubs wieħed immexxi mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi u l-ieħor mill-Aċċess Community Centre li minnhom ibbenifikaw 25 student. Hu ppjanat li għas-sena skolastika li jmiss isir sforz biex dawn iż-żewġ servizzi jiġu integrati flimkien ħalli joffru servizz iktar iffukat għall-istudenti.

5.      Użu tad-drama fit-tagħlim tal-Ingliż

Żewġ klassijiet tal-Year 5 segwew il-programm tad-drama tal-Helen o’Grady Academy. Minn dan il-proġett ibbenifkaw 35 student.

5. Family Supportworker
Twaqqaf fuq bażipart-time ir-rwol ta’ Family Support Worker biex taħdem mal-familji ta’ studenti li jassentu ruħhom mill-iskola b’mod regolari ħafna. Matul is-sena li għaddiet 20  familja mill-Kulleġġ Santa Margerita bbenefikaw minn dan is-servizz.

6.      Ko-ordinament ma’ entitajiet oħrajn għal programm ta’ attivitajiet fis-sajf

Il-Kulleġġ Santa Maregrita, bl-għajnuna tad-Direttorat għas-Servizzi Eduattivi,  issieħeb mal-Aġenzija Appoġġ u ċ-Ċentru Aċċess biex ġie organizzat Klabbsajf għat-tfal tal-Kottonera matul is-sajf 2009 u s-sajf 2010.  Dan is-sajf attendew madwar 60 student għall dan il-Klabb.

7.      Peer Support bejn l-għalliema b’mod strutturat

Matul is-sena skolastikali għaddiet ingħata ħin addizzjonali lill-istaff tal-iskola biex setgħu kellhom sessjonijiet ta’ apoġġ reċiproku matul ġurnata organizzata apposta għal dan l-iskop. Dawn is-sessjonijiet ġew organizzati mis-Surmast tal-Iskola bl-għajnuna ta’ nies professjonali f’dan il-qasam. 30 membri tal-istaff ibbenfikaw minn dan is-servizz.
B’sodisfazzjon ngħid lidiġa’ bdejna naraw ir-riżultat ta’ din il-ħidma.  Filwaqt li dak li mbuttana lejn dan il-programm li se jiswa €100,000,  kienu r-riżultati fqar li l-istudenti ta’ din l-iskola kisbu fl-eżamijiet tal-Junior Lyceum sentejn ilu fejn ħadd ma kien għadda mill-eżami, din is-sena 50% tal-istudenti li għamlu l-eżami kisbu riżultati tajbin.
Irrid nirringrazzjalill-għalliema dedikati u lil dawk kollha li għenu biex inkiseb dan is-suċċess.  Grazzi wkoll lis-Sindku s-Sur Joe Scerri mill-ewwel kien pront irrikonoxxa din il-ħidma  anke pubblikament permezz ta’ kitba fil-ġurnali lokali.
M’għandix dubju li daniċ-Ċentru li semmejnih “Il-Bejta” se jkun bejta vera ta’ attivitajiet b’risq it-tfal tal-Kottonera, li hi ferm għal qalbna, li fl-imgħoddi kienet waħda mill-aqwa żoni tal-pajjiż u li bil-ħidma tagħna lkoll flimkien irridu nressquha biex terġa’ tieħu l-istima li jixirqilha.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow