Left arrow Go Back

Konferenza Internazzjonali u Festival dwar it-Tin fix-Xagħra

pr1661
Date Icon 14/09/2010
Il-Kunsill Lokali tax-Xagħrase jorganizza għall-ewwel darba Festival tat-Tin. Il-festival se jkun jinkludi wkoll konferenza dwar l-istorja ta’ din il-frotta u fost il-kelliema se jkun hemm diversi professuri lokali u barranin.
Il-Festival tat-Tin sejsir bejn il-Ġimgħa 24 u l-Ħadd 26 ta’ Settembru. Il-konferenza se ssir matul in-nofs ta’ nhar tas-Sibt filgħodu. L-għan hu li titqajjem kuxjenza u tingħata informazzjoni dwar il-kultivazzjoni tas-siġra tat-tin li għalkemm mhux pjanta li oriġinat fil-Mediterran, hi meqjusa waħda mill-prodotti tipiċi ta’ pajjiżna.
Il-Kunsill Lokali tax-Xagħrajagħmel parti mill-ficusnet li hu network ta’ bliet u rħula Ewropej li jipproduċu t-tin. Fil-festival se jieħdu sehem delegazzjonijiet barranin minn diversi pajjiżi Ewropej fosthom mill-Italja, minn Franza u mill-Greċja.
Id-dettalji ngħataw waqtkonferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said u mis-Sindku Joseph Cordina.
Chris Said qal li l-KunsilliLokali qed jingħataw l-għajnuna biex jorganizzaw attivitajiet li permezz tagħhom isaħħu l-identita’ u jippromwovu l-kultura u t-tradizzjonijiet tal-lokalitajiet. Hu faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra għax permezz ta’ dan il-festival se jkun qed iqajjem interess dwar il-lokalita’ u dwar il-prodotti tipiċi tagħha f’pajjiżi oħra.
Waqtil-konferenza tal-aħbarijiet kien spjegat li s-siġra tat-tin hi siġra Asjatika u kienet introdotta mill-bniedem fil-Mediterran eluf ta’ snin ilu. It-tina kienet waħda mill-ewwel siġriet li kienet tiġi kkultivata mill-bniedem. Illum tant infirxet mal-Mediterran li ħafna jassoċjawha ma’ dan ir-reġjun. Anki f’Malta u f’Għawdex din il-frotta hi mill-aktar imfittxija
Il-Kunsill Lokali tax-Xagħraissieħeb fil-ficusnet f’Novembru 2009 wara li delegazzjoni mill-istess Kunsill attendiet għal festival u konferenza dwar it-tin li saru f’Carmignano fl-Italja.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow