Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’

pr1660
Date Icon 13/09/2010
Is-Saħħatal-Pazjent tiġi l-ewwel
Il-Ministerutas-Saħħa u s-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ isostnu li kulħadd għandu jfittex l-aħjar interessi tal-persuni morda u vulnerabbli.
Għalhekk fil-waqt lijikkundanna d-direttivi tat-tmexxija tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (l-MUMN), il-Gvern jixtieq juri l-apprezzament tiegħu u tal-poplu Malti lin-nurses li qed jaghtu servizz mill-aqwa lill-persuni morda u vulnerabbli fl-isptarijiet u s-servizzi pubblici.
Il-Gvern ma jistaxjifhem kif, minflok ma tikkopera biex tkompli tittejjeb is-sitwazzjoni preżenti, inkluż billi jiġu ngaggati infermiera barranin u jitharrgu aktar studenti fin-nursing, din il-Union qed toħroġ direttivi li kulma jagħmlu huwa li jweġġgħu lill-pazjenti u l-familji tagħhom u jagħtu isem ħażin lil din il-professjoni delikata.
F’dan il-kuntest,il-Gvern itenni d-disponibbilita` tiegħu li jiddiskuti ma’ kulħadd, inkluż mal-Union meta din twaqqaf d-direttivi li jweġġgħu lill-morda, sabiex is-servizzi tas-saħħa jkomplu jitjiebu anke permezz ta’ żvilupp fit-taħriġ ghan-nurses.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow