Stqarrija - Nuqqas ta’ għarfien mill-Oppożizzjoni dwar kif jaħdem il-Fond Ewropew għall-Globaliżżazjoni
pr1658
13/09/2010
| L-istqarrija ta’ Dr.Luciano Busutill, kelliem | tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Ewropej, intitolata ‘Il-Gvern qed juri li pajjizna mhux ewropew f’kollox’ (10 ta’ Settembru 2010), hija żbaljata u turi nuqqas serju ta’ għarfien dwar kif jaħdem il-Fond Ewropew għall-Globaliżżazjoni. |
| Skond ir-regoli ta’ dan il-fond, dawn il-fondi | Ewropej kienu ġew allokati għal progett speċifiku bil-għan li jipprovdi għajnuna lil dawk il-ħaddiema tal-VF Ltd u tal-Bortex Clothing Ltd li kienu tilfu xogħolhom. Abbażi tan-numru ta` dawn il-ħaddiema, ġie allokat l-ammont ta’ flus ta` €681,207. |
| In vista li numru sostanzjali ta’ | dawn il-persuni sabu xogħol malajr, kien hemm numru anqas ta’ ħaddiema li kienu jeħtieġu għajnuna. |
| Dan | fih innifsu huwa ċertifikat tal-politika tal-Gvern favur il-ħolqien ta’ impjiegi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990