Left arrow Mur Lura

WORKSHOP NAZZJONALI DWAR L-‘ISSUES PAPER’ TAL-POLITIKA NAZZJONALI GHALL-AMBJENT

pr1655
Date Icon 13/09/2010
Bħala parti mill-ewwelfażi tal-konsultazzjoni pubblika dwar Politika Nazzjonali għall-Ambjent, is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura ser jorganizza workshop fis-17 ta’ Settembru fil-Westin Dragonara Resort, San Ġiljan. F’dan il-workshop ser tiġi diskussa l-Issues Paper li nieda s-Segretarjat f’Lulju li għadda. Il-konsultazzjoni qed tibda f’dan l-istadju bikri propju sabiex tiġi mħeġġa parteċipazzjoni wiesa’ mill-pubbliku fit-tfassil ta’ din il-politika.
Il-workshop ser jiġiindirizzat ukoll minn żewg kelliema barranin li ser jitkellmu dwar l-esperjenza ta’ pajjiżhom. Is-Sur Matthew Quinn, mill-Welsh Assembly Government, ser jitkellem dwar l-istrateġija ambjentali ta’ Wales u kif tfasslet, u Dr. Matthew Crowe, mill-Irlanda, ser jitkellem dwar bosta inizjattivi ambjentali li ttieħdu fl-Irlanda.
Il-pubbliku qed jiġimħeġġeġ sabiex jattendi dan il-workshop u jesprimi ruħu fir-rigward tal-issues li għandhom jiġu kkunsidrati fil-proċess formulattiv tal-Politika Ambjentali ta’ Malta. L-attendenza hija b’xejn. Il-pubbliku huwa mitlub li jirregistra għall-workshop billi jimla formola li tinstab fis-sit elettroniku www.tsdu.gov.mt/environment-nep, jew inkella billi jċempel fuq 2291 5033/5027 fil-ħinijiet tal-uffiċċju (bejn is-7:30am u s-1:30pm) sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 15 ta’ Settembru.

L-Issues Paper jista’ jiġi aċċessat minn www.tsdu.gov.mt/environment-nep. Kummenti dwar dan id-dokument preliminari, kif ukoll dwar il-lista ta’ domandi konsultattivi li jinsabu fid-dokument, jistgħu jintbagħtu lill-Koordinatur tal-Politika Nazzjonali għall-Ambjent, fi ħdan it-Taqsima għat-Turiżmu u l-Iżvilupp Sostenibbli fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fil-Berġa tal-Italja, Triq il-Merkanti, Valletta VLT 1170, jew fuq l-indirizz elettroniku envpolicy.opm@gov.mt. 

Is-sottomissjonijiet kollha dwar dan id-dokument għandhom jintbagħtu sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2010. Minbarra il-workshop li ser isir fis-17 ta’ Settembru, qed jiġu organizzati wkoll laqgħat mal-partijiet konċernati bħala parti minn dan l-istess proċess konsultattiv.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow