IL-FESTA TA’ MARIJA BAMBINA CCELEBRATA FIL-KATIDRAL TA’ ST MARY’S F’SYDNEY
pr1654
13/09/2010
| Nhar il-Hadd 12 ta’ | Settembru, bhas-snin ta’ qabel, eluf ta’ Maltijn jippakkjaw dan il-Katidral ta’ St Mary’s f’Sydney biex b’qima kbira jiccelebraw il-Festa tat-8 ta’ Settembru - Il-Festa ta’ Marija Bambina. Il-Maltin kollha tista’ tghid minn kull naha ta’ dan l-istat ta’ New South Wales marru bi hgarhom biex jiccelebraw din il-festa, ghax ihossuhom leali lejn Marija Santissima. Hija minn dejjem kienet ta’ ghajnuna ghalihom f’kull bzonn li ltaqghu maghhom tul hajjithom bhalma Hija kienet fi zminijiet difficli ghal Malta, fiz-zewg gwerer. |
| Ma setax jonqos li | ghal din il-festa jkun hemm prezenti ukoll il-Kummissarju Gholi ghal Malta, is-Sur Francis Tabone, li gie apposta minn Canberra biex jinghaqad mal-Maltin ta’ Sydney; kif ukoll il-Konslu Generali ghal Malta is-Sur Chris Mercieca u l-mara tieghu flimkien mal-Assistenta tieghu, Cecilia Borg. |
| Attendew wkoll numru | kbir ta’ Kavallieri ta’ l-Ordni ta’ San Gwann ta’ Jerusalemm fosthom kien hemm l-Onor. John Aquilina MP SMOM, it-Tabib George Boffa SMOM u martu Dame Laura Boffa SMOM. Kien hemm rapprezentanza sabiha ta’ membri tal-Ghaqdiet Religjuzi fosthom mis-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb tal-Gesu minn Warrawong u s-Sorijiet Duminikani. |
| Il-Membri | tal-Ghaqdiet hadu maghhom il-bandalori taghhom biex waqt il-purcissjoni li saret fil-katidral stess bl-istatwa ta’ Marija Bambina mxew warajhom. Kien hemm ukoll numru sabih ta’ tfal lebsin il-kostum malti u ghal din is-sena tirrapprezenta lil Malta kien hemm is-sinjorina Emily Longo, tifla bint il-Maltin. |
| Il-mistieden specjali | ghal din is-sena kien l-Isqof ta’ Sandhurst, l-ET. Mons. Joe Grech li kkoncelebra quddiesa, fejn fl-omelija li niseg ghall-okkazjoni sahaq kemm Marija tipprotegi lil dawk li jirrikorru lejha. “Ma nibzghux nuru l-fidi taghna u dak kollu li ahna nemmnu fih”, zied jghid l-Isqof Joe Grech. Kompla jghid li “qatt m’ghandna naqtghu qalbna f’dak kollu li jinqala’ fil-hajja taghna ghax Marija dejjem lesta biex tghinna f’kull bzonn. Il-karattru taghna l-Maltin hu li ahna nifilhu ghal kollox bi Kristu fina, flimkien ma’ Ommna Marija.” |
| Fi tmiem id-diskors | tieghu, l-Isqof Grech irringrazzja lill-migemgha ghas-sagrificcji li huma jaghmlu u ghall-ezempju li huma jaghtu lil ta’ madwarhom u temm b’talba qasira. |
| Il-media kienet | rapprezentata minn The Maltese Herald u mir-Radju Malti SBS. |
| Il-Festa ta’ Marija | Bambina kienet organizzata mis-Sacerdoti Missjunarji ta’ San Pawl fosthom il-habrieki Fr Tarciso Micallef MSSP, il-kappillan tal-Maltin f’Sydney li wara c-celebrazzjoni stieden lil kulhadd f’Depiro House ghal riceviment u ghal dawk kollha li riedu jiltaqghu jew ikellmu lill-Isqof Malti ta’ Sandhurt, Mons. Joe Grech. |
| Ghal sena ohra din | il-festa regghet qanqlet hafna Maltin u xhieda ta’ dan kienet il-prezenza ta’ dawk kollha li ppartecipaw f’dan il-jum ta’ tifkira. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990