Left arrow Go Back

IL-FESTA TA’ MARIJA BAMBINA CCELEBRATA FIL-KATIDRAL TA’ ST MARY’S F’SYDNEY

pr1654
Date Icon 13/09/2010
Nhar il-Hadd 12 ta’Settembru, bhas-snin ta’ qabel, eluf ta’ Maltijn jippakkjaw dan il-Katidral ta’ St Mary’s f’Sydney biex b’qima kbira jiccelebraw il-Festa tat-8 ta’ Settembru - Il-Festa ta’ Marija Bambina. Il-Maltin kollha tista’ tghid minn kull naha ta’ dan l-istat ta’ New South Wales marru bi hgarhom biex jiccelebraw din il-festa, ghax ihossuhom leali lejn Marija Santissima. Hija minn dejjem kienet ta’ ghajnuna ghalihom f’kull bzonn li ltaqghu maghhom tul hajjithom bhalma Hija kienet fi zminijiet difficli ghal Malta, fiz-zewg gwerer.
Ma setax jonqos lighal din il-festa jkun hemm prezenti ukoll il-Kummissarju Gholi ghal Malta, is-Sur Francis Tabone, li gie apposta minn Canberra biex jinghaqad mal-Maltin ta’ Sydney; kif ukoll il-Konslu Generali ghal Malta is-Sur Chris Mercieca u l-mara tieghu flimkien mal-Assistenta tieghu, Cecilia Borg.
Attendew wkoll numrukbir ta’ Kavallieri ta’ l-Ordni ta’ San Gwann ta’ Jerusalemm fosthom kien hemm l-Onor. John Aquilina MP SMOM, it-Tabib George Boffa SMOM u martu Dame Laura Boffa SMOM. Kien hemm rapprezentanza sabiha ta’ membri tal-Ghaqdiet Religjuzi fosthom mis-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb tal-Gesu minn Warrawong u s-Sorijiet Duminikani.
Il-Membrital-Ghaqdiet hadu maghhom il-bandalori taghhom biex waqt il-purcissjoni li saret fil-katidral stess bl-istatwa ta’ Marija Bambina mxew warajhom. Kien hemm ukoll numru sabih ta’ tfal lebsin il-kostum malti u ghal din is-sena tirrapprezenta lil Malta kien hemm is-sinjorina Emily Longo, tifla bint il-Maltin.
Il-mistieden specjalighal din is-sena kien l-Isqof ta’ Sandhurst, l-ET. Mons. Joe Grech li kkoncelebra quddiesa, fejn fl-omelija li niseg ghall-okkazjoni sahaq kemm Marija tipprotegi lil dawk li jirrikorru lejha. “Ma nibzghux nuru l-fidi taghna u dak kollu li ahna nemmnu fih”, zied jghid l-Isqof Joe Grech. Kompla jghid li “qatt m’ghandna naqtghu qalbna f’dak kollu li jinqala’ fil-hajja taghna ghax Marija dejjem lesta biex tghinna f’kull bzonn. Il-karattru taghna l-Maltin hu li ahna nifilhu ghal kollox bi Kristu fina, flimkien ma’ Ommna Marija.”
Fi tmiem id-diskorstieghu, l-Isqof Grech irringrazzja lill-migemgha ghas-sagrificcji li huma jaghmlu u ghall-ezempju li huma jaghtu lil ta’ madwarhom u temm b’talba qasira.
Il-media kienetrapprezentata minn The Maltese Herald u mir-Radju Malti SBS.
Il-Festa ta’ MarijaBambina kienet organizzata mis-Sacerdoti Missjunarji ta’ San Pawl fosthom il-habrieki Fr Tarciso Micallef MSSP, il-kappillan tal-Maltin f’Sydney li wara c-celebrazzjoni stieden lil kulhadd f’Depiro House ghal riceviment u ghal dawk kollha li riedu jiltaqghu jew ikellmu lill-Isqof Malti ta’ Sandhurt, Mons. Joe Grech.
Ghal sena ohra dinil-festa regghet qanqlet hafna Maltin u xhieda ta’ dan kienet il-prezenza ta’ dawk kollha li ppartecipaw f’dan il-jum ta’ tifkira.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow