Stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika
pr1652
11/09/2010
Roħs fil-prezzijiet tal-mediċini: l-Oppożizzjoni tinqabad fuq sieq waħda
| Jidher ċar li l-Oppożizzjoni qed tinqabad fuq sieq | waħda bir-riżultati li qed jinkisbu mill-Gvern fil-ħidma biex jorħsu l-mediċini. Fit-tentattiv tiegħu li jiskredita r-riżultati miksuba, id-Deputat Ewropew Laburista John Attard Montalto qed jikkwota rapporti li tfasslu snin ilu u li ma jieħdux in konsiderazzjoni l-iżviluppi li seħħew fil-ġimgħat li għaddew. |
| Matul dan is-sajf, taħditiet bejn il-Gvern u l-importaturi | tal-mediċini wasslu għal roħs sostanzjali fuq 91 mediċina. Ir-roħs ivarja bejn 4 fil-mija u 67 fil-mija. Il-maġġoranza ta’ dawn il-mediċini jintużaw minn mijiet ta’ individwi għax jittieħdu biex jikkuraw mard u kundizzjonijiet li għandhom inċidenza qawwija fil-gżejjer Maltin fosthom pressjoni għolja tad-demm, livelli għolja tal-kolesterol fid-demm, diabete u mard tal-qalb. |
| Ir-roħs fil-prezzijiet tal-mediċini qed iħalli | saħansitra effett fuq l-indiċi tal-prezzijiet. Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru kif matul Lulju li għadda, wara li tħabbar roħs fil-prezzijiet ta’ numru ta’ mediċini, kien reġistrat tnaqqis fl-Indiċi tal-Prodotti Personali u għall-Kura tas-Saħħa. |
| Il-Gvern | jinnota b’sodisfazzjon li s-suġġerimenti tal-Kummissjoni Ewropa dwar il-prezzijiet tal-mediċini huma fl-istess linja tal-ħidma li diġa qed titwettaq mill-Gvern Malti. Fi tweġiba parlamentari għal mistoqsija mressqa mid-Deputat Ewropew Laburista John Attard Montalto, il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-prezzijiet tal-mediċini huma kompetenza nazzjonali, u li l-gvernijiet nazzjonali huma ħielsa li jinfluenzaw dawn il-prezzijiet permezz ta’ miżuri li jqisu xierqa inkluż billi jidħlu negozjati f’kumpaniji tal-farmaċewtika. |
| Is-Segretarjat | Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur u Kompetizzjoni Ġusta jsostni li dan hu dak li qed jagħmel il-Gvern Malti. Il-Gvern daħal f’negozjati mal-importaturi u ma’ kumpaniji tal-farmaċewtika, kemm lokali kif ukoll barra. F’ċertu każi, kumpaniji tal-farmaċewtika barranin li l-prodotti tagħhom huma impurtati f’Malta, żaru pajjiżna biex jifhmu r-realta’ Maltija. Huma kellhom ukoll laqgħat biex jifhmu aħjar x’inhu jipproponi l-Gvern. |
| Il-Gvern daħal għal dawn it-taħditiet mingħajr ma | ndaħallu ħadd u jinsab impenjat li jkompli bit-taħditiet mal-importaturi biex aktar prezzijiet tal-mediċini jorħsu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990