Left arrow Go Back

Stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika

pr1652
Date Icon 11/09/2010

Roħs fil-prezzijiet tal-mediċini: l-Oppożizzjoni tinqabad fuq sieq waħda

Jidher ċar li l-Oppożizzjoni qed tinqabad fuq sieqwaħda bir-riżultati li qed jinkisbu mill-Gvern fil-ħidma biex jorħsu l-mediċini. Fit-tentattiv tiegħu li jiskredita r-riżultati miksuba, id-Deputat Ewropew Laburista John Attard Montalto qed jikkwota rapporti li tfasslu snin ilu u li ma jieħdux in konsiderazzjoni l-iżviluppi li seħħew fil-ġimgħat li għaddew.
Matul dan is-sajf, taħditiet bejn il-Gvern u l-importaturital-mediċini wasslu għal roħs sostanzjali fuq 91 mediċina. Ir-roħs ivarja bejn 4 fil-mija u 67 fil-mija. Il-maġġoranza ta’ dawn il-mediċini jintużaw minn mijiet ta’ individwi għax jittieħdu biex jikkuraw mard u kundizzjonijiet li għandhom inċidenza qawwija fil-gżejjer Maltin fosthom pressjoni għolja tad-demm, livelli għolja tal-kolesterol fid-demm, diabete u mard tal-qalb.
Ir-roħs fil-prezzijiet tal-mediċini qed iħallisaħansitra effett fuq l-indiċi tal-prezzijiet. Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru kif matul Lulju li għadda, wara li tħabbar roħs fil-prezzijiet ta’ numru ta’ mediċini, kien reġistrat tnaqqis fl-Indiċi tal-Prodotti Personali u għall-Kura tas-Saħħa.
Il-Gvernjinnota b’sodisfazzjon li s-suġġerimenti tal-Kummissjoni Ewropa dwar il-prezzijiet tal-mediċini huma fl-istess linja tal-ħidma li diġa qed titwettaq mill-Gvern Malti. Fi tweġiba parlamentari għal mistoqsija mressqa mid-Deputat Ewropew Laburista John Attard Montalto, il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-prezzijiet tal-mediċini huma kompetenza nazzjonali, u li l-gvernijiet nazzjonali huma ħielsa li jinfluenzaw dawn il-prezzijiet permezz ta’ miżuri li jqisu xierqa inkluż billi jidħlu negozjati f’kumpaniji tal-farmaċewtika.
Is-SegretarjatParlamentari responsabbli mill-Konsumatur u Kompetizzjoni Ġusta jsostni li dan hu dak li qed jagħmel il-Gvern Malti. Il-Gvern daħal f’negozjati mal-importaturi u ma’ kumpaniji tal-farmaċewtika, kemm lokali kif ukoll barra. F’ċertu każi, kumpaniji tal-farmaċewtika barranin li l-prodotti tagħhom huma impurtati f’Malta, żaru pajjiżna biex jifhmu r-realta’ Maltija. Huma kellhom ukoll laqgħat biex jifhmu aħjar x’inhu jipproponi l-Gvern.
Il-Gvern daħal għal dawn it-taħditiet mingħajr mandaħallu ħadd u jinsab impenjat li  jkompli bit-taħditiet mal-importaturi biex aktar prezzijiet tal-mediċini jorħsu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow