Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAHHA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GHALL-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITA'

pr1650
Date Icon 10/09/2010
Id-Direttivi kontra l-ligi tal-MUMNipoġġu l-ħajja u s-saħħa tal-pazjenti fperiklu
Id-Direttivi maħruġa mill-MUMN,mahruga minghajr tilwima industrijali valida, ipoġġu l-ħajja u s-saħħa tal-pazjent f'periklu car. Anke li kieku kienet tezisti tilwima industrijali valida, dawn is-servizzi huma meqjusa essenzjali u jridu jkomplu jinghataw.
Il-Gvern  jaghmilha cara li huwa majaccettax li persuni vulnerabbli jigu mqieghda f'periklu.
Għalhekk, il-Gvern fakkarufficjalment bl-obbligu tal-infermiera li huma legalment marbuta li jipprovdu s-servizz essenzjali skont l-Artiklu 64 tal-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.  Dan sar permezz ta ittra lill-Malta Union of Midwives and Nurses fejn id-Direttur Ġenerali ghas-Servizzi tas-Saħħa,  spjega wkoll li dawn l-azzjonijiet issejħu minghajr ma tezisti tilwima industrijali valida.
Il-lista ta’ direttiva maħruġa mill-MUMNgħall-infermiera fl-Isptar Monte Karmeli jinkludu direttiva li infermiera ma jamministrawx treatment jew pilloli lill-pazjenti u li l-infermiera għandhom jitilqgħu ‘il barra mill-ward tagħhom  jekk il-pazjenti jsiru aggressivi minhabba li ma jkunux inghataw it-trattament!
Il-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani uKura fil-Komunita, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari ghall-Anzjani u Kura fil-Komunita jiddeploraw dan l-aġir irresponsabbli minn min qiegħed imexxi l-Union tan-Nurses  fejn il-kura , ir-rispett u d-dinjita tal-pazjent għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox.
Sadattant it-tentattivi ta’medjazzoni meħuda mill-Gvern fallew minħabba nuqqas ta’ interess min-naħa tal-MUMN.  Is-Segretarju Parlamentari Mario Galea, li bħalissa jinsab rekoverat l-isptar Mater Dei, saħansitra stieden l-MUMN biex jekk iridu jiltaqghu mieghu fl-isptar stess, f'hin u gurnata accettabbli ghall-union, bit-tama li tinsab soluzzjoni.  Minkejja dan, l-MUMN irrifjutata din l-istedina u riedet akkost ta’ kollox tkompli bl-azzjonijiet taghha.
Il-Ministru għas-Saħħa, Anzjani uKura fil-Komunita Joe Cassar gie kostrett iħassar is-sehem tiegħu f’konferenza tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa li ser issir fir-Russja sabiex flimkien mas-Segretarju Parlamentari jkunu jistghu jizguraw li l-aġir tal-MUMN ma jissarrafx fi ħsara u dannu għall-pazjenti.  Dan ifisser li kapric tal-MUMN, pajjiżna mhux se jkun rappreżentat fil-livell politiku matul din il-konferenza tant importanti.
In-nurses involuti ser jircievu wkollittra ufficjali fejn ser tingibdilhom l-attenzjoni dwar l-obbligi taghhom skond il-ligi.
Din il-gimgha pazjenti li jiehdud-demm fic-Centri tas-Sahha, pazjenti morda bil-kliewi u pazjenti li qed jiehdu kura ghas-sahha mentali spiccaw milquta minn azzjonijiet insensittivi tal-MUMN.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow